Glires
From Wikipedia, the free encyclopedia
Glires huwa klad ta' mammiferi plaċentati li jiġbor fih ir-rodituri u l-lagomorfi. Dan il-klad qiegħed ikklasifikat, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria u fis-superordni Euarchontoglires.
Glires Firxa tal-fossili: Kmieni fil-Palejoċen - Reċenti | |
---|---|
Lemming tan-Norveġja Lemmus lemmus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordnijiet | |
|
Glires jiġbor fiħ żewġ ordnijiet Lagomorpha u Rodentia u flimkien ma' klad ieħor, l-Euarchonta, jiffurmaw is-superordni Euarchontoglires.
L-ipoteżi li dawn iż-żewġ ordnijiet jiffurmaw grupp monofiletiku bbażat fuq evidenza morfoloġika, kienet ilha f'dibattitu għal żmien twil. Dati reċenti tal-2001 ibbażati fuq DNA nukleari jsostnu li Glires u Euarchonta huma gruppi jew aħjar kladi aħwa u li flimkien jiffurmaw is-superordni Euarchontoglires, għalkemm dati ġenetiċi oħrajn, kemm DNA nukleari kif ukoll DNA mitokondrijali kienu jsostnu inqas dawn il-gruppi.
Euarchontoglires |
| ||||||||||||||||||||||||||||||