Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Georgia
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Georgia / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Georgia rratifikat il-Konvenzjoni fl-4 ta' Novembru 1992, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Mill-2020, il-Georgia għandha erba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel żewġ siti tal-Georgia li tniżżlu fil-lista kienu l-Monumenti Storiċi ta' Mtskheta u s-sit magħmul mill-Katidral ta' Bagrati u l-Monasteru ta' Gelati, fl-1994. Madankollu, minħabba rikostruzzjoni kbira għad-detriment tal-integrità u tal-awtentiċità tas-sit, il-Katridral ta' Bagrati tqiegħed fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu fl-2010 u mbagħad tneħħa mil-lista fl-2017. In-Naħa ta' Fuq ta' Svaneti tniżżlet fl-1996 u l-iżjed sit reċenti li żdied huma l-Foresti Tropikali u l-Artijiet Mistagħdra Kolkiċi fl-2021. Dan tal-aħħar huwa l-unika Sit ta' Wirt Dinji naturali tal-Georgia, filwaqt li t-tlietal-oħra huma siti kulturali.