Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fir-Renju Unit
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-Renju Unit / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Ir-Renju Unit irratifika l-Konvenzjoni fl-1946 flimkien ma' 25 pajjiż ieħor, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox ir-Renju Unit għandu 33 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Ewropa u fit-Territorji Brittaniċi Ekstra-Ewropej. Elenkati fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO hemm komponent kull wieħed kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Iskozja li jagħmlu parti mill-istess sit (il-Fruntieri tal-Imperu Ruman) flimkien ma' tmintax-il sit oħra fl-Ingilterra, ħamsa fl-Iskozja, erbgħa f'Wales, wieħed fl-Irlanda ta' Fuq, and wieħed f'kull wieħed fit-Territorji Brittaniċi Ekstra-Ewropej li ġejjin: Bermuda, Ġibiltà, il-Gżejjer Pitcairn, u Saint Helena. Hemm sit ieħor li huwa parzjalment fit-territorju tar-Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia (is-Sit Arkeoloġiku ta' Paphos), iżda jitqies uffiċjalment bħala parti mil-lista ta' Ċipru. L-ewwel siti li ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-Renju Unit kienu l-Mogħdija tal-Ġgant u l-Kosta tal-Mogħdija tal-Ġgant; il-Kastell u l-Katidral ta' Durham; il-Fondoq ta' Ironbridge; il-Park Irjali ta' Studley inkluż il-Fdalijiet tal-Abbazija ta' Fountains; Stonehenge, Avebury u Siti Assoċjati; u l-Kastelli u s-Swar tal-Irħula tar-Re Dwardu f'Gwynedd fl-1986. L-aħħar siti li żdiedu mal-lista kienu l-Pajsaġġ tal-Lavanja tal-Majjistral ta' Wales u l-iSpa ta' Bath (bħala komponent tal-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa) f'Lulju 2021.[4]