Vanwatu
stat sovran fl-Oċeanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Vanwatu huwa nazzjon fl-Oċean Paċifiku. Uffiċjalment ir-Repubblika ta' Vanuatu (b'Bislama: Ripablik blong Vanuatu; bl-Ingliż: Republic of Vanuatu; bil-Franċiż: République de Vanuatu), hija pajjiż gżira li tinsab fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku. Il-belt kapitali hi Port Vila. L-arċipelagu, li huwa ta' oriġini vulkanika, jinsab madwar 1,750 km fil-lvant tal-Awstralja, 500 km fil-grigal ta' New Caledonia, fil-punent ta' Fiġi u fin-nofsinhar tal-Gżejjer Solomon, qrib New Guinea. L-isem kolonjali tagħha kien New Hebrides, iżda dan l-isem jintuża biss għal referenzi storiċi.
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Vanwatu kienet abitata mill-poplu Melanesjan għal eluf ta' snin. L-arċipelagu ġie skopert minn spedizzjoni mmexxija minn Pedro Fernández de Quirós, li telaq mill-port ta' Callao fil-Viċi-Reali tal-Perù, fl-1606.5 Ewropej oħra bdew joqogħdu fiż-żona fl-aħħar tas-seklu 18. Fis-snin tmenin Franza u r-Renju Unit talbu reġjuni tal-arċipelagu, u fl-1906 qablu li joħolqu qafas biex jimmaniġġjaw flimkien in-New Hebrides, permezz ta' condominium Anglo-Franċiż. Matul is-snin sebgħin tfaċċa moviment ta' indipendenza, u fl-1980 twaqqfet ir-Repubblika ta' Vanuatu. Ta' min jinnota li Vanuatu huwa l-uniku pajjiż fl-Oċeanja li għandu l-Franċiż bħala lingwa uffiċjali (barra mit-territorji Franċiżi bħal New Caledonia).
- Il-bandiera tal-Gżejjer tal-Vanwatu
- Il-tarka tal-Gżejjer tal-Vanwatu
- Organizzazzjoni territorjali
- Mappa
- Port Vila
- Port Vila
- Port Vila
- Port Vila
- gżira Malakula
- gżira Ambrym
- gżira Paama
- gżira Pentecostés
- gżira Ambae/Aoba
- gżira Maewo
- gżira Espíritu Santo
- gżira Éfaté
- gżira Tanna/Tana
- gżira Erromango
- gżiras Torres