Ċentru Storiku ta' Macao
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-Reġjun ta' Amministrazzjoni Speċjali ta' Macao, iċ-Ċina / From Wikipedia, the free encyclopedia
Iċ-Ċentru Storiku ta' Macao (bil-Portugiż: Centro Histórico de Macau, biċ-Ċiniż: 澳門歷史城區) huwa ġabra ta' iktar minn għoxrin post li huma xhieda ta' assimilazzjoni unika u ta' koeżistenza tal-kultura Ċiniża u tal-kultura Portugiża f'Macao, li hija eks kolonja Portugiża. Jirrappreżenta l-legati arkitettoniċi tal-wirt kulturali tal-belt, u jinkludi monumenti bħal pjazez urbani, toroq, knejjes u tempji.