1 ta' Jannar
data / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-1 ta' Jannar huwa l-ewwel jum tas-sena fil-kalendarju Gregorjan; jifdal 364 ġurnata oħra għal tmiem is-sena (365 fi snin biżestili). Il-ġurnata preċedenti hi l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.
Quick Facts
◄ | Jannar | ► | ||||
Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
31 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |
7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 |
14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 | 20 |
21 | 22 | 23 | 24 | 25 | 26 | 27 |
28 | 29 | 30 | 31 | 1 | 2 | 3 |
Close
Matul il-Medju Evu taħt l-influwenza tal-Knisja Kristjana, diversi pajjiżi mexxew il-bidu tas-sena għal waħda minn numru ta' avvenimenti Kristjani importanti — il-25 ta' Diċembru (it-Twelid ta' Ġesù), l-1 ta' Marzu, il-25 ta' Marzu (l-Assunzjoni), jew anke l-Għid. Pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent (ħafna minnhom b'popolazzjoni li kellhom fedeltà lejn il-Knisja Ortodossa) bdew is-sena numerata tagħhom fl-1 ta' Settembru minn madwar 988.