Abbazija ta’ Vézelay
abbazija Benedettina f’Vézelay iddedikata li Santa Marija Maddalena / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Abbazija ta’ Vézelay (bil-Franċiż: Abbaye Sainte-Marie-Madeleine de Vézelay) hija monasteru Benedettin kif ukoll tal-Ordni Benedettina ta’ Cluny f’Vézelay fid-dipartiment Franċiż ċentrali tal-Lvant ta’ Yonne. Inbniet bejn l-1120 u l-1150. L-abbazija Benedettina, issa l-Bażilika ta’ Santa Marija Maddalena, bil-programm kumpless ta’ immaġnijiet fil-kapitelli u fil-portali mnaqqxin, hija waħda mal-kapulavuri straordinarji tal-arti u tal-arkitettura Rumaneska ta’ Bourgogne. Wara li r-rikkezzi tagħha nsterqu mill-Ugonotti (Protestanti Franċiżi tas-seklu 16) fl-1569, il-binja ġiet ittraskurata fis-sekli 17 u 18, u ġarrbet ħsara ulterjuri waqt il-perjodu tar-Rivoluzzjoni Franċiża.[1]
Il-knisja u l-għolja ta’ Vézelay ġew iddeżinjati Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.
L-allegati relikwi ta’ Santa Marija Maddalena huma esposti fil-Bażilika.