From Wikipedia, the free encyclopedia
Ġeneralment l-istudjużi jaqblu li Ġesù u d-dixxipli tiegħu kienu jitkellmu bl- Aramajk, l-ilsien komuni tal- Palestina fl-ewwel seklu WK, x’aktarx djalett Galilew differenti minn dak ta’ Ġerusalemm.[1]
L-Aramajk kien l-ilsien komuni tal-Mediterran tal-Lvant matul u wara l-imperu Neo-Assirjan, l-imperu Neo-Babilonjani u l-imperu Akemenid (722 QK – 330 QK) u baqgħet lingwa komuni fir-reġjun fl-ewwel seklu WK. Minkejja li l-importanza tal-Grieg kienet qiegħda tikber, l-użu tal- Aramajk kien ukoll qiegħed jinfirex, u kellu jsir dominanti fost il-Lhud tal- Art Imqaddsa u l-artijiet l-oħra tal- Lvant Nofsani madwar il-200 WK[2] u kellu jibqa’ hekk sal-Konkwista Għarbija fis-seklu 7.
Fit-Testment il-Ġdid Grieg insibu xi kliem Semitiku trażliterat. Meta t-test stess jirreferi għall-lingwa ta' glossi Semitiċi bħal dawn, juża kelma li tfisser "Ebrajk"/"Lhudi",[3] imma dan it-terminu sikwit jiġi applikat għal kliem u frażijiet li żgur huma bl-Aramajk;[4][5] għal din ir-raġuni, f'traduzzjonijiet riċenti ġie spiss interpretat li jfisser "il-vernakular (Aramajk) tal-lhud".[6] Is-"Semitiżmi" huma prinċipalment kliem attribwit lil Ġesù minn Mark, u forsi għalhekk għandu sinjifikat speċjali.
Hemm minoranza żgħira ħafna li jemmnu li t-Testment il-Ġdid kollu jew fil-parti l-kbira oriġinarjament inkiteb bl-Aramajk. Il-parti l-kbira tal-istudjużi moderni ma jaqblux ma' din il-pożizzjoni. Minflok, il-kunsens fost il-maġġoranza tal-akkademiċi hu li għalkemm x'aktarx ħafna hemm saffi Aramajċi jew materjal ta' nisel Aramajk li jservu bħala sisien ta' xi partijiet tat-Testment il-Ġdid, il-kotba kif nafuhom illum ġew kompilati u redatti bl-ilsien Grieg.
Mark 5:41
Dan il-vers jagħti frażi bl-Aramajk, attribwit li Ġesù meta qajjem tfajla mill-mewt, b'trażliterazzjoni bil-Grieg, bħala, ταλιθα κουμ.
Xi manuskritti Griegi (Codex Sinaiticus, Vaticanus) tal-Evanġelju ta' Mark jagħtu din il-forma, imma oħrajn (Codex Alexandrinus, it-test magħruf bħala t-Test Maġġoritarju u l-Vulgata Latina) jagħtu kumi minflok.
L-Aramajk hu ţlīthā qūm. Il-kelma ţlīthā hi l-forma femminili tal-kelma ţlē, li tfisser "żagħżugħ". Qūm bl-Aramajk hi l-istess bħall-Malti Qum. Fl-Imperattiv femminil singulari, kienet oriġinarjament 'qūmī'. Però, hemm xhieda li fl-ilsien mitkellem l-ī tal-aħħar kienet taqa' u ma kienx hemm differenza bejn il-maskil u l-femminil. Allura l-eqdem manuskritti użaw ortografija Griega li timxi mal-pronunzja, waqt li ż-żieda ta' kienet saret minn kopjatur akkademiku ż-żejjed.
Miktuba bl-Aramajk, tista' tkun טליתא קומי jew טלתא קומי.
Mark 7:34
Għal darba oħra. il-kelma Aramajka hi mogħtija f'trażlittazzjoni, imma dil-kelma hi iżjed ikkomplikata. Bil-Grieg, il-kelma Aramajka hi miktuba εφφαθα. Din tista' tkun mill-Aramajk 'ethpthaḥ', l-imperattiv passiv tal-verb 'pthaḥ', 'fetaħ', billi it-'th' tista' tassimila fl-Aramajk tal-Punent. il-'ḥ' gutturali sikwit kienet titħalla barra f'trażlitterazzjonijiet Griegi fis-Septwaġinta u fid-djalett tal-Galilea kienet tiħfif.[7]
Miktuba bl-Aramajk, tista' tkun אתפתח jew אפתח.
Mark 14:36
Abbà ('abbā) hi kelma Aramajka li daħlet fit-Testment il-Qadim Grieg bħala isem (2Chr 29:1). Din il-kelma hi komuni fil-Lhudi Mixnajk u għadha tintuża fl-Ebrajk modern. [8] fit-test tal-evanġelju warajha eżatt hemm il-kelma bil-Grieg li tfisser l-istess, Πατηρ mingħajr ma jingħad li din traduzzjoni. Il-kliem Abbà, Missier jerġgħu jidhru fl-Ittra lir-Rumani 8:15 u fl-Ittra lill-Galatin 4:6.
Miktuba bl-Aramajk tiġi אבא.
Ta' min jinnota li Barabbas hi l-forma ellenizzata tal-Aramajk Bar Abba (בר אבא), letteralment, "Iben il-Missier".
Mattew 5:22
Raka, bl-Aramajk jew l-Ebrajk tat-Talmud tfisser ġifa.
Miktuba bl-Aramajk tista' tkun ריקא jew ריקה.
Mattew 6:24
Luqa 16:9-13
Bl-Aramajk tista' tkun ממון jew ממונא(it-tmiem tal-kema bil-Grieg jissuġġerixxi l-istat "enfatiku" tipiku fl-Aramajk). Din il-kelma li oriġinarjament kienet Aramajka, imbagħad daħlet fil-Lhudi rabbinku,[9] imma l-fatt li tidher fil-Lhudi Bibliku tat-tard, u, kif jgħidu xi wħud, fil-Puniku tas-seklu 4, jista' jindika li ġejja mill-"isfond Semitiku komuni".[10]
Fit-Testment il-Ġdid, il-kelma Μαμωνᾶς — Mamōnâs — hi deklinata bħalli kieku kienet kelma Griega, waqt li ħafna mill-kliem Aramajk u Lhudi ieħor jiġi trattat bħala kliem barrani u mhuwiex deklinat.
Ġwanni 20:16}
Ukoll f'Mark 10:51. Il-forma Lhudija rabbi hi użata bħala t-titlu ta' Ġesù f'Mattew 26:25,49; Mark 9:5, 11:21, 14:45; Ġwanni 1:49, 4:31, 6:25, 9:2, 11:8.
Bl-Aramajk tiġi רבוני.
Mattew 27:46
Mark 15:34
L-għajta ta' Ġesuù mis-salib hi mogħtija f'żewġ verżjonijiet. Il-verżjoni ta' Mattew hi trażlitterata fil-Grieg bħala ηλι ηλι λιμα σαβαχθανει. Il-verżjoni ta' Mark hi ελωι ελωι λιμα σαβαχθανει (Eloî minflok Eli).
Iż-żewġ verżjonijiet jidhru li huma Aramajċi iktar minn Ebrajċi minħabba l- verb שבק (šbq) "telaq" jew "abbanduna" li hu oriġinarjament Aramajk.[8][11] Il-kelma ekwivalenti "pura" fl-Ebrajk Bibliku hi עזב (`zb) tidher fl-ewwel vers ta' Salm 22, li l-għajta ta' Ġesu tidher li qiegħda tikkwota.[12] Mela, Ġesù mhux qiegħed jikkwota l-verżjoni Ebrajka (êlî êlî lâmâ `azabtânî); seta' kien qiegħed jikkwota l-verżjoni f'Targum Aramajk (Targum Aramajċi li baqa' jużaw šbq fit-traduzzjoni ta' Salm 22[13]).
Il-kelma ta' Mark għal "Alla tiegħi", ελωι, żgur tikkorrispondi mal-forma Aramajka אלהי, elāhî. Dik ta' Mattew ηλι, taqbel aħjar ma' אלי tas-salm oriġinai bl-Ebrajk, kif ġie spjegat fil-letteratura; però, tista' tkun ukoll Aramajka, għaliex tidher spiss fl-Aramajk ukoll.[11][14]
Fiż-żewġ rakkonti fil-vers li jmiss, xi wħud li jisimgħu l-għajta ta' Ġesù jaħsbu li qiegħed jitlob l-għajnuna lil Elija (Ēlīyā bl-Aramajk).
Kważi l-manuskritti Griegi antiki kollha jidhru li qegħdin jippruvaw jinnormaizzaw it-test. Pereżempju, il-Codex Bezae li hu naqra stramb jagħti ż-żewġ verżjonijiet bħala ηλι ηλι λαμα ζαφθανι (ēli ēli lama żafthani). Il-familji testwali Alessandrini, Tal-Punent u Ċesarji kollha jagħmlu xi armonizzazzjoni tat-test bejn Matthew u Mark. It-tradizzjoni testwali Biżantina biss iżomm id-distinzjoni.
Bl-Aramajk tista' tkun אלהי אלהי למא שבקתני.
Mattew 5:18
Dawn ifissru dettalji żgħar ħafna. Fit-test Grieg, tradott bil-Malti bħala "l-iżgħar ittra jew tikka", insibu iota u keraia. Iota hi l-iżgħar ittra tal-alfabett Grieg (ι), imma billi l-ittri kapitali biss kienu jintużaw fi żmien it-Testment il-Ġdid Grieg din kienet tinkiteb (Ι), u x'aktarx iota tirrapreżenta l-ittra Aramajka yodh (י) li hi l-iżgħar ittra tal-alfabett Aramajk. Keraia hi ganċ jew serif.
Mattew 27:6
Bl-Aramajk (קרבנא) tirreferi għat-teżor fit-Tempju ta' Ġerusalemm. Din ġejja mill-Ebrajk Korban (קרבן) li fisser "offerta" u li nsibu f' Mark 7:11 u fis-Septwaġinta (b'trażlitterazzjoni Griega).
Il-kelma Griega κορβανᾶς hi deklinata bħala nom Grieg, bħal eżempji oħra.
Luqa 1:15
Mark 11:9
Din il-kelma ġejja minn הושע נא. Hi ġeneralment meqjusa li hi kwotazzjoni mis-Salmi 118:25 "Ejja, nitolbuk, Mulej, salvana!", imma l-forma oriġinali bl-Ebrajk Bibliku kienet הושיעה נא. Il-forma mqassra הושע tista' tkun Aramajka jew Ebrajka.[15][16]
Fit-Testment il-Ġdid insibu ismijiet personali li ġejjin minn għadd ta' lingwi, l-iżjed komuni l-Ebrajk u l-Grieg. Però, hemm numru mhux ħażin ta' ismijiet Aramajċi wkoll. Il-karatteristika l-iżjed prominenti fl-ismijiet Aramajċi hi 'bar' (trażlitterazzjoni Griega βαρ, Aramajk bar), li tfisser 'bin', prefiss patronomiku komuni. L-ekwivalenti Ebrajk hu, 'ben', li ma jidher imkien. Dawn huma fit eżempji:
Mark 3:17
Ġesu, lill-aħwa Ġakbu u Ġwanni tahom laqam li jirrifletti kemm kienu jisħnu malajr. Il-laqam bil-Grieg hu Βοανηργες (Boanērges).
Kien hemm ħafna argumenti fuq dan il-laqam. It-traduzzjoni Griega li tiġi miegħu hi "Ulied ir-ragħad". L-ewwel element hu 'bnê', 'Ulied' (il-plural ta' 'bar'), Aramajk (בני). Fit-trażlitterazzjoni Griega din ġiet βοανη (boanê), b'vokali żejda. Wieħed jista' jiddeduċi minn dan, li t-trażlitterazzjoni Griega mhux ta' min joqgħod fuqha. It-tieni parti "rges", is-soltu jgħidu li hi 'rğaš' ('storbju') Aramajk (רגיש), jew 'rğaz' ('għadab') Aramajk (רגז). Però, Maurice Casey jirraġuna li dan sempliċiment żball fill-qari tal-kelma 'r`am' li tfisser "ragħad" (minħabba x-xebħ bejn l-m tal-aħħar u l-s). Dan tikkonfermah it-traduzzjoni Sirjaka tal-laqam bħala 'bnay ra`mâ'. Il-Peshitta tagħti "bnay rğešy," li taqbel ma kompożizzjoni tagħha ta' iżjed tard, imsejsa fuq qari Biżantin tat-test oriġinali bil-Grieg.
Ġwanni 1:42
1 Korintin 1:12
Galatin 1:18
Dawn is-siltiet jagħtu 'Kefa' bħala l-laqam tal-appostlu li hu magħruf iżjed bħala Xmun Pietru. Bil-Grieg il-laqam ġie trażlitterat bħala Κηφᾶς (Kēphâs).
Isem l-appostlu kien Xmun u ngħata il-laqam bl-Aramajk, kêfâ, li tfisser 'blata'. L-s tal-aħħar ġiet miżjuda fil-Grieg biex tagħmel l-isem maskil u mhux femminil. Xi jfisser l-isem hu iżjed importanti milll-isem stess kif jidher ċar minn kief ġiet aċċettata universalment it-traduzzjoni Griega Πέτρος (Petros). Ma nafux għaliex Pawlu juża l-laqam bl-Aramajk minflok bil-Grieg meta jikteb lill-knejjes fil-Galatja u Korintu.[17] Għandu mnejn kien qiegħed jikteb qabel kulħadd beda jsejjaħlu Pietru. Skont Klement ta' Lixandra, kien hemm tnejn minn-nies jisimhom Kefas: wieħed kien l-appostlu Xmun Pietru, u l-ieħor wieħed mis-Sebgħin Dixxipli ta' Ġesù.[18] Klement ikompli jgħid li kien Kefas tas-Sebgħin li kiem ikkundannat minn Pawlu f'Galatin 2 għax ma kienx jiekol mal-Ġentili, imma forsi hawn Klement qiegħed jipprova jiddefletti l-kundanna minn fuq Xmun Pietru. Hi kif inhi, l-agument dwar ir-relazzjoni bejn Pawlu minn Tarsu u l-Ġudaiżmu (u kollox li jidħol fiha) għadu sejjer.
Bl-Aramajk tista' tkun כיפא.
Ġwanni 11:16
Tumas Θωμᾶς (Thōmâs) hu mniżżel mad-dixxipli ta' Ġesù fl-erba' evanġelji u fl-Atti tal-Appostli. Però, l-evanġelju ta' Ġwanni biss jagħtina iżjed informazzjoni fuqu. Fi tliet postijiet (Ġwanni 11:16, 20:24 u 21:2) jingħata l-isem Didymos (Δίδυμος), li bil-Grieg tfisser "tewmi". Infatti, "it-Tewmi" hi traduzzjoni ta' "Thōmâs". Il-kelma Griega Θωμᾶς — Thōmâs — ġejja mil-Aramajk tômâ, "tewmi". Allura Thōmâs u Didymos it-tnejn ifissru t-Tewmi. Fit-tradizzjoni Nisranija Tumas għandu l-isem ta' Ġuda, u forsi ingħata l-laqam it-Tewmi biex ma jħalltuhx ma oħrajn tal-istess isem.
Bl-Aramajk tista' tkun תאומא.
Atti 9:36
L-isem ta' din id-dixxiplu ingħata bl-Aramajk, Ταβειθα (Tabitha) u bil-Grieg, Δορκας (Dorkas). L-isem bl-Aramajk hu trażlitterazzjoni ta' Ţbîthâ, il-forma femminili ta' טביא (Ţabyâ).[19] It-tnejn ifissru 'għażżiela'.
Bl-Aramajk, tista' tkun טביתא.
Mattew 26:36
Mark 14:32
It-trażlitterazzjoni Griega tal-post fejn Ġesù mar mad-dixxipli tiegħu biex jitlob qabel ma ġie arrestat hi Γεθσημανει (Gethsēmani). Din tirrappreżenta l-Aramajk 'Gath-Šmânê', li tfisser 'magħsra taż-żejt'.
Bl-Aramajk tista tkun גת שמני.
Mark 15:22
Ġwanni 19:17
'Gûlgaltâ' bl-Aramajk tfisser 'Qorriegħa'. L-isem jidher fl-evanġelji kollha ħlief ta' San Luqa, li jgħidlu Kranion 'Qorriegħa' bil-Grieg mingħajr ekwivalenti semitiku. L-isem 'Kalvarju' ġej mill-Latin tal-Vulgata, Calvaria.
Bl-Aramajk tista tkun גולגלתא.
Ġwanni 19:13
Dan l-isem (Gabbatha) jidher li hu Aramajk. Skont Josephus, Il-gwerer Lhudin, Kapitlu V.ii.1, numru 51, il-kelma Gabath tfisser post għoli, allura forsi post ċatt għoli ħdejn it-tempju. L-"א" tal-aħħar tista' tirrappreżenta l-istat enfatiku tan-nom.
Bl-Aramajk tista tkun גבהתא.
Atti 1:19
L-isem bil-Grieg tal-post fejn miet Ġuda l-Iskarjota hu mogħti ċar, "l-Għalqa tad-Demm". Però fil-manuskritti l-Aramajk hu spellut b'bosta modi. It-Majority Text jagħti Ακελδαμα ([H]akeldama); manuskritti oħra jagħtu Αχελδαμα ([H]akheldama), Ακελδαιμα ([H]akeldaima), Ακελδαμακ ([H]akeldamak) u Ακελδαμαχ ([H]akeldamakh). Minkejja dawn l-ortografiji differenti l-Aramajk x'aktarx hu 'ḥqêl dmâ', 'għalqa tad-demm'. Il-ħoss Grieg "kh" [χ] f-aħħar tal-kelma qisu qiegħed għalxejn u diffiċli tispjegah, imma fis-Septwaġinta hemm dan l-istess ħoss magħdud fl-aħħar tal-isem semitiku Ben Sira fl-isem bil-Grieg tal-Ktieb ta' "Sirakh" (Latin: Sirach). Dan il-ħoss jista' jkun xi pekuljarità tad-djalett tal-Grieg jew tal-Aramajk.
Bl-Aramajk tista tkun חקל דמא.
Ġwanni 5:2
Bethzatha kien l-isem ta' menqgħa f'Ġerusalemm li kienet magħrufa wkoll bħala il-Menqgħa tan-Nagħaġ. L-isem bl-Aramajk ifisser "Dar tal-Grazzja". Hi assoċjata mal-fejqan u f'Ġwanni 5 hu rrakkontat li Ġesu fejjaq lil raġel ħdejn din il-menqgħa.
Bl-Aramajk tista tkun בית חסדא.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.