From Wikipedia, the free encyclopedia
Argenteuil ( aʁ.ʒɑ̃.tœj (għajnuna·info)) huwa komun fil-majjistral tas-subborgi ta' Pariġi, Franza. Il-komun jinsab 12.3 km (7.6 mi) miċ-ċentru ta' Pariġi. Argenteuil huwa sub-prefettura tad-dipartiment Val-d'Oise, is-sede tal-arrondissement t'Argenteuil.
Argenteuil | |
Il-Pont t'Argenteuil max-Xmara Seine | |
Lokazzjoni t'Argenteuil (aħmar) | |
Pajjiż Reġjun Dipartiment |
Franza Île-de-France Val-d'Oise |
Gvern • Sindku |
Georges Mothron (UMP) |
Erja | 17.22 km2 (6.65 mi kw) |
Popolazzjoni (2012) • Densità |
104,962 6,100/km (16,000/mi kw) |
Kodiċi postali | 95100 |
Websajt | www.argenteuil.fr |
Argenteuil huwa t-tieni l-aktar komun popolat fis-subborgi ta' Pariġi (wara Boulogne-Billancourt) u l-aktar wieħed popolat fid-dipartiment Val-d'Oise, għalkemm mhuwiex prefettura tiegħu, huwa maqsum bejn il-komuni ta' Cergy u Pontoise.
L-isem Argenteuil kien irreġistrat għall-ewwel darba fil-karta rjali tas-sena 697 bħala Argentoialum.
Il-komun t'Argenteuil twaqqaf bħala kunvent fis-seklu 7. Il-monasteru li rriżulta milll-kunvent kien meqrud matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża.
Ħarba rurali għal Pariġini, issa huwa subborg ta' Pariġi. Fost il-pitturi li għamlu Argenteuil famuża huma Claude Monet, Jean-Étienne Delacroix, Auguste Renoir, Gustave Caillebotte, Alfred Sisley u Georges Braque
Argenteuil huwa servut minn żewġ stazzjonijiet tal-linja tal-ferrovija suburbana Transilien Paris – Saint-Lazare li huma Gare d'Argenteuil u Val d'Argenteuil.
Il-Conservatoire à rayonnement départemental de Musique (Konservatorju tal-Mużika radjazzjoni dipartimentali) jinsab f'Argenteuil. André Bon huwa wieħed mill-eks studenti tiegħu.
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Argenteuil |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.