Katidral ta' Tournai
katidral u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Belġju / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Katidral ta' Tournai jew il-Katidral tal-Madonna ta' Tournai (bil-Franċiż: Notre-Dame de Tournai, bl-Olandiż: Onze-Lieve-Vrouw van Doornik) huwa knisja Kattolika Rumana, u s-sede tad-Djoċesi ta' Tournai f'Tournai, il-Belġju. Ġie kklassifikat kemm bħala wirt ewlieni tal-Wallonja mill-1936[1] kif ukoll bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mis-sena 2000.[2]