Kummissarju Ċivili ta' Malta
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Kummissarju Ċivili ta' Malta (Bl-Ingliż: Civil Commissioner of Malta) kien l-uffiċjal imqabbad biex jaħkem lil Malta matul l-imblokk Franċiż u waqt il-perjodu tal-protettorat Brittaniku bejn l-1799 u l-1813. Mat-tmiem tal-Protettorat u l-ħolqien tal-Kolonja tal-Kuruna ta’ Malta fl-1813, dan l-uffiċċju ġie mibdul b’dak tal- gvernatur, li kien jirrappreżenta lill-Gvern tar-Renju Unit.