Liebru tal-muntanji
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Liebru tal-muntanji (Lepus timidus) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha li jinsab mifrux fit-Tramuntana tal-kontinenti tal-Ewropa u l-Asja b'popolazzjonijiet iżolati.
Liebru tal-muntanji | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Animalia |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Leporidae |
Ġeneru | Lepus |
speċi | Lepus timidus Linnaeus, 1758
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Informazzjoni ġenerali | |
Tqala | 50 ġurnata |
Ħabitat | grassland (en) |
L-isem 'liebru tal-muntanji' ġej mit-tip ta' abitat li jippreferi dan il-liebru, fejn il-biċċa l-kbira tal-popolazzjonijiet jinsabu mifruxa mal-muntanji Ewropej u Ażjatiċi. Il-liebru tal-muntanji żmien ilu kien ikkunsidrat bħala speċi mifruxa fi tliet kontinenti maċ-ċirku polari Artiku kollu iżda llum il-ġurnata, il-popolazzjonijiet fit-Tramuntana tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq hija kkunsidrata bħala speċi għaliha l-Liebru tal-Artiku (Lepus arcticus).
F'sitwazzjoni simili wkoll qiegħda s-sottospeċi Irlandiża Lepus timidus hibernicus, fejn ħafna xjentisti qegħdin jikkunsidrawha bħala speċi oħra separata.