Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Każakistan
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Każakistan / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Każakistan iffirma l-Konvenzjoni fid-29 ta' April 1994.[3]
B'kollox, il-Każakistan għandu sitt Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4] L-ewwel sit li tniżżel fil-lista kien il-Mawżolew ta' Khoja Ahmed Yasawi, fis-27 Sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Pariġi, Franza, fl-2003.[5] L-iżjed sit reċenti huwa sit transnazzjonali: id-Deżerti Bierda tax-Xitwa ta' Turan li żdiedu fl-2023. Tliet siti huma kulturali u erba' siti huma naturali.