Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Turkija
is-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-Turkija / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] B'kollox, it-Turkija għandha 21 Sit ta' Wirt Dinji, 19 kulturali u tnejn imħallta.[3]
L-ewwel tliet siti fit-Turkija, il-Moskea l-Kbira u l-Isptar ta' Divriği, iż-Żoni Storiċi ta' Istanbul u l-Park Nazzjonali ta' Göreme u s-Siti fil-Blat ta' Cappadocia, tniżżlu fil-lista fid-disa' sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Pariġi, Franza, fl-1985.[4] L-aħħar siti li żdiedu kienu Gordion u l-Moskej tal-Pilastri tal-Injam tal-Anatolja Medjevali fl-2023.