Logħob Olimpiku tas-sajf
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Logħob Olimpiku tas-sajf huwa avveniment sportiv internazzjonali li jsir f'belt differenti kull erba' snin. L-iktar edizzjoni riċenti saret f'Rio de Janeiro, il-Brażil. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jorganizzaw dawn il-logħba u jħares fuq il-preparamenti tal-belt ospitanti. F'kull avveniment Olimpiku, midalji tad-deheb jingħataw lil minn jispiċċa fl-ewwel post, midalji tal-fidda għat-tieni u midalji tal-bronż għat-tielet klassifikat; din it-tradizzjoni bdiet fl-1904. Is-suċċess tal-Olimpjadi tas-sajf wasslu għall-ħolqien tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa.
Artiklu prinċipali: Logħob Olimpiku.
L-Olimpjadi kibru minn kompetizzjoni ta' 42 avveniment b'inqas minn 250 kompetitur maskili minn 14-il pajjiż fl-1896 għal 302 avvenimenti b'10,768 kompetitur minn 204 pajjiżi fl-2012. Huma biss ħames pajjiżi – il-Greċja, l-Awstralja, Franza, ir-Renju Unit u l-Iżvizzera – li pparteċipaw f'kull Olimpjadi tas-sajf. L-unika pajjiż li minn tal-anqas rebaħ midalja tad-deheb f'kull edizzjoni huwa r-Renju Unit.
Tmintax-il pajjiż ospitaw fihom l-Olimpjadi tas-sajf, bl-Istati Uniti torganizza erba' edizzjonijiet tal-Olimpjadi tas-sajf. Il-bliet ta' Ateni, fil-Greċja, u Tokjo, fil-Ġappun, huma l-uniċi li ospitaw (jew se jospitaw) fihom żewġ edizzjonijiet.