Luttu nazzjonali
From Wikipedia, the free encyclopedia
Luttu nazzjonali hija ġurnata li gvern ta' pajjiż jiddekreta li tkun uffiċjalment immarkata b'luttu u attivitajiet ta' tifkira jiġu osservati flimkien mal-maġġoranza tal-poplu tal-pajjiż. Ġranet bħal dawn jinkludu dawk li mmarkaw il-mewt jew il-funeral ta' figura jew figuri rinomata minn dak il-pajjiż, jew l-anniversarju mill-mewt jew imwiet ta' dawn, jew tifkira ta' diżastri naturali, etċ.