Martin Luther King Jr (15 ta' Jannar 1929 – 4 ta' April 1968) kien qassis Amerikan, mexxej Afro-Amerikan fil-moviment għad-drittijiet ċivili, l-iktar vuċi importanti għall-Amerikani Afrikani skur tal-Istati Uniti tal-Amerika. King kien mexxej kariżmatiku, li jiġbed il-folol warajh bil-kelma mqanqla tiegħu. L-isforzi tiegħu għenu biex jitfassal is-"Civil Rights Acts" fl-1964 u l-"Voting Rights Act" sena wara. Fl-1964 ġie unurat bil-Premju Nobel għall-Paċi.
Martin Luther King Jr. | |
---|---|
Vuċi | |
Ħajja | |
Isem propju | Michael King Jr. |
Twelid | Atlanta, 15 Jannar 1929 |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Grupp etniku | Afro-Amerikani |
Mewt | Memphis, 4 April 1968 |
Post tad-dfin | Martin Luther King Jr. National Historical Park (en) |
Kawża tal-mewt | omiċidju (ferita b'tir ta' arma tan-nar) |
Mudell:P | James Earl Ray (en) |
Familja | |
Missier | Martin Luther King Sr. |
Omm | Alberta Williams King |
Konjuga/i | Coretta Scott King (en) (18 Ġunju 1953 - 4 April 1968) |
Ulied | |
Aħwa | |
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Candler School of Theology (en) Boston University School of Theology (en) David T. Howard High School (en) Washington High School (en) Morehouse College (en) (1944 - 1948) Baċellerat tal-Arti : soċjoloġija Crozer Theological Seminary (en) (1948 - 1951) Bachelor of Divinity (en) Università ta' Boston (1951 - 5 Ġunju 1955) PhD fil-filosofija : systematic theology (en) |
Livell tal-edukazzjoni | PhD fil-filosofija |
Direttur tat-teżi | Lotan Harold DeWolf (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pastor predikatur attivist tad-drittijiet tal-bniedem attivist għad-drittijet umani attivist tal-paċi paċifist kittieb politiku |
Għoli | 168.9 cm |
Impjegaturi |
Dexter Avenue Baptist Church (en) Ebenezer Baptist Church (en) Free University of Amsterdam (en) |
Premjijiet |
List
|
Nominat għal |
uri
|
Influwenzat minn |
Reinhold Niebuhr (en) Howard Thurman (en) Walter Rauschenbusch (en) Henry David Thoreau (en) Mahatma Gandhi |
Sħubija |
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi Southern Christian Leadership Conference (en) Alpha Phi Alpha (en) Progressive National Baptist Convention (en) |
Moviment |
civil rights movement (en) non-vjolenza labor movement in the United States (en) civil rights movement (en) |
Festa | |
Martin Luther King Jr. Day (en) |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Tfulija
King twieled fil-15 ta' Jannar - mill-1983, dan il-jum sar Jum Nazzjonali fl-USA - tal-1929, f'Atlanta fl-Istati Uniti tal-Amerika. Missieru kien pastor Battista. Sa minn ċkunitu Martin beda jara l-inġustizzji kbar li kienu jeżistu kontra l-Amerikani Afrikani. Qabel ma beda jmur l-iskola hu u oħtu kienu jilagħbu ma' żewġt itfal bojod. Meta marru l-iskola għall-ewwel darba, iż-żewġt itfal bojod marru fi skola għall-bojod waqt li Martin u oħtu marru fi skola għas-suwed. Minn dakinhar omm it-tfal bojod ma ħallithomx jilagħbu iżjed magħhom għax suwed.
Fi tmiem l-ewwel sena tal-iskola, is-surmast ħadhom ħarġa. Dak iż-żmien l-Amerikani Afrikani kien ikollhom iċedu posthom fuq il-karozza tal-linja. King jgħid li qatt ma ħass qalbu sewda daqs dakinhar. Fi tfulitu kien iħobb jisma' l-mużika sewda, l-iktar dik tal-kantanta Bessie Smith. Din il-kantanta sewda mietet wara inċident tat-traffiku għax ma ridux jagħtuha kura fi sptar tal-bojod. Dak li King kien qed jara madwaru kien l-iskjavitu tal-Amerikani Afrikani. Il-faqar kien mifrux ħafna fosthom. Kienu jiġu mċaħħda minn impjiegi mħallsa tajjeb, edukazzjoni xierqa u djar tajbin. Ma kinux jitħallew jidħlu f'ġonna pubbliċi, ħotels jew ristoranti.
Pastor Battista
Gradwa mill-MoreHouse College u ta' 26 sena ħa d-Dottorat fit-Teoloġija mill-Università ta' Boston. Ta' 18-il sena kien diġà ġie ordnat ministru Battista u sar assistant pastor fil-knisja ta' missieru f'Atlanta. F'waħda mill-ewwel priedki tiegħu qal hekk:
"Alla huwa l-Missier ħanin tal-popli kollha, fosthom l-Amerikani Afrikani. Għalhekk, aħna lkoll, Bojod u Suwed, aħna aħwa. La l-kulur tal-ġilda tiegħek, lanqas ir-reliġjon tiegħek mhuma qatt ħa jkissru din il-fraternita. Għax is-Suwed għandhom ġilda skura, m'għandhomx jiġu mċaħħda mid-drittijiet fundamentali tagħhom, l-aspirazzjonijiet ġusti tagħhom, l-opportunitajiet. Dan la jagħmel ġieħ lil nazzjon kbir bħal tagħna u lanqas lil Fidi Nisranija tal-Amerikani."
Mill-1954 sa l-1960 serva bħala pastor tal-Knisja Battista ta' Montgomery. Fl-1960 reġa' mar ma' missieru bħala co-pastor, servizz li baqa' jagħti sakemm miet.
Il-Moviment għad-Drittijiet Ċivili
King kien beda jinvolvi ruħu fil-moviment għad-drittijiet ċivili fl-1955 meta mexxa l-bojkott tal-karozzi tal-linja ta' Montgomery. B'dan il-bojkott spiċċat is-segregazzjoni fuq il-karozzi tal-linja ta' dak il-post, jiġifieri spiċċaw is-seats għall-bojod u seats għal-Amerikani Afrikani. Wara dan, King ħeġġeġ lill-Amerikani Afrikani biex jimxu fuq l-eżempju ta' Montgomery u jirbħu d-drittijiet tagħhom mingħajr vjolenza.
Bħala mexxej tas-Southern Christian Leadership Conference li għen biex titwaqqaf fl-1957, King mexxa dimostrazzjonijiet, marċijiet, sit-ins, u bojkotts f'ħafna bliet kemm fis-sud kif ukoll fin-nord tal-Amerika, fejn ħafna drabi kien jiltaqa' ma' tgħajjar u xi drabi vjolenza. Tefgħuh il-ħabs bosta drabi għall-attivitajiet tiegħu fis-sud. Fl-1967 sar ukoll mexxej tal-moviment paċifista li ħadem biex iġib fi tmiem il-Gwerra twila tal-Vjetnam.
"I Have a Dream"
King organizza l-Marċ kbir ta’ l-1963 f'Washington, għax-xogħol u għad-drittijiet ċivili. Fit-28 ta' Awwissu 1963, King għamel id-diskors famuż "I Have a Dream", quddiem 200,000 ruħ:
"Jien għandi ħolma. Għandi ħolma li xi darba fuq l-għoljiet ħomor tal-Georgia it-tfal tal-iskjavi u t-tfal tas-sidien ikunu jistgħu jpoġġu bil-qiegħda fuq l-istess mejda bħall-aħwa. Għandi ħolma li meta aħna nikbru u jkollna t-tfal tagħna, dawn ikunu jistgħu jgħixu f’pajjiż li fih ma jiġux iġġudikati mill-kulur tal-ġilda tagħhom imma mill-kwalità tal-karattru tagħhom. Iva hekk noħlom."
Maqtul
Fl-4 t'April 1968, meta kien qiegħed Memphis, Tennessee, fejn mar biex jappoġġja lill-kenniesa li kienu qed jistrajkjaw, James Earl Ray, ħabsi maħrub, sparalu tir meta King kien f'gallarija u qatlu. King kien għad kellu biss 39 sena.
Wikiwand in your browser!
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.