![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/38/Gerard_van_Honthorst_001.jpg/640px-Gerard_van_Honthorst_001.jpg&w=640&q=50)
Milied
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Milied hija festa vaganza ċċelebrata l-iktar fil-25 ta' Diċembru biex tfakkar it-twelid ta' Ġesù, il-figura ċentrali tal-Kristjanità. Mhuwiex magħruf jekk din il-ġurnata hix tassew il-ġurnata tat-twelid ta' Ġesù imma jista' jkun li ħadet post il-festa qadima tas-solistizju tax-xitwa fil-kalendarju antik Ruman. Minkejja li l-Milied hija predominantement festa Nisranija, din tiġi ċċelebrata minn ħafna nies li mhumiex ta' twemmin Nisrani. Fost id-drawwiet popolari marbuta mal-Milied insibu l-għoti tar-rigali, il-Father Christmas, il-mużika u l-għanjiet tal-Milied, kartolini b'xewqat, ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħall-quddies ta' nofs il-lejl, ikel speċjali, u dekorazzjonijiet varji bħas-siġra tal-Milied, dwal, girlandi, mistletoes, presepji, u l-holly.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/38/Gerard_van_Honthorst_001.jpg/640px-Gerard_van_Honthorst_001.jpg)
L-għoti tar-rigali u ż-żieda fl-attività ekonomika għamel minn dan iż-żmien żmien importanti għal tal-ħwienet u n-negozjanti. L-impatt ekonomiku tal-Milied kiber ħafna f'dawn l-aħħar sekli f'ħafna partijiet tad-dinja.