Mużew ta' Trojja
mużew arkeoloġiku fil-Majjistral tat-Turkija / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Mużew ta' Trojja (bl-Ingliż: Troy Museum; bit-Tork: Troya Müzesi jew Truva Müzesi) huwa mużew arkeoloġiku li jinsab qrib is-sit arkeoloġiku ta' Trojja, fil-Majjistral tat-Turkija.
Il-mużew infetaħ fl-2018 bħala binja arkitettonika kontemporanja b'seba' sezzjonijiet. Fihom jintwerew l-artefatti storiċi minn Trojja u xi bliet antiki oħra tal-madwar u fil-gżejjer fil-qrib. Id-direttur tal-mużew huwa Rıdvan Gölcük.[1] Il-Mużew ta' Trojja ngħata l-Premju ta' Apprezzament Speċjali tal-2020 bħala l-Mużew Ewropew tas-Sena u l-Premju Speċjali tal-Akkademja tal-Mużewijiet Ewropej.[2][3][4]