speċi ta' mammiferu From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Fenek Ewropew Oryctolagus cuniculus jew kif jissejjaħ f' Malta Fenek tax-xiber jew Fenek tas-salvaġġ u li jagħmel parti mil-fawna ta' Malta ukoll, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat erbivoru oriġinarjament minn naħa ta' Nofs in-nhar tal-kontinent Ewropew, għalkemm il-llum il-ġurnata għandu firxa ħafna akbar grazzi għal bniedem. Din hija l-unika speċi ta' fenek li giet iddomestikata kemm għal-ikel, pil u bħala annimal tad-dar mill-ispeċi kollha ta' leporidi li jeżistu u b' hekk ir-razzez jew varjetajiet kollha ta' fniek iddomestikati huma kollha Oryctolagus cuniculus.
Fenek Ewropew | |
---|---|
Fenek Ewropew Oryctolagus cuniculus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Oryctolagus |
Speċi: | O. cuniculus |
Isem binominali | |
Oryctolagus cuniculus Linnaeus, 1758 | |
Sottospeċi | |
|
Il-Fenek Ewropew huwa leporidu ta' daqs żgħir, twil bejn 34 u 45 ċentimetru u jiżen bejn 1.3 u 2.2 kilogrammi. Din l-ispeċi ta' fenek għandha par widnejn twal, is-saqajn ta' wara kbar, u pil qasir ta' lewn griż fil-kannella b'denb qasir u sufi.Il-Fenek Ewropew jiċċaqlaq minn post għal ieħor bil qbież u għal dan l-iskop jużaw is-saqajn ta' wara kbar u b'saħħithom li huma miksijin bi strat ta' pil oħxon biex jassorbi fiħ id-daqqa waqt il-ġiri. Is-swaba tas-saqajn ta' wara għandhom il-ġilda bejniethom biex jibqu maqudin flimkien anke waqt il-ġiri għal aktar stabilita.
Il-Fenek Ewropew huWa magħrufa sew għal bejtiet kumplessi li jħaffer taħt l-art, fejn dan iqatta ħafna mill-ħin tiegħu meta ma jkunx qiegħed jiekol.
Il-Fenek Ewropew ġie ntrodott bħala speċi eżotika f' ħafna gżejjer (eż.fil-gżejjer Brittaniċi, f' uħud mil-gżejjer tal-Ħawaj, fil-gżejjer ta' San Juan, Awstralja u New Zealand) u waqt li f' kull waħda minn dawn ħoloq problemi ekoloġiċi enormi għax irriproduċa f' numru kbir u poġġa ħafna speċi endemiċi f' periklu ta' estinzjoni minn ħabba kompetizjoni, fil-Penisula Iberika (Spanja u Portugal) tant naqas drastikament fin-numru (minn ħabba l-mard myxomatosis u calicivirus tal-fniek, il-kaċċa żejda mill-bniedem u telf ta' abitat) li poġġa lil-Linċi Iberika u l-Ajkla rjali ta' Spanja li kienu jibbażaw id-dieta tagħhom fuqu f' periklu ta' estinzjoni ukoll.
Il-Fenek Ewropew għalkemm mhuwiex żgur wieħed mill-aktar b'saħħtu, veloċi jew intelliġenti fost il-mammiferi, żgur qiegħed f' niċċa ekoloġika ferm solida grazzi għar-rata ogħlja ta' ripproduzzjoni li għandu. Il-fenka t' ovula eżatt waqt it-tammir u wara tqala ta' 31 ġurnata (għalkemm din tista tvarja minn 29 sa 35 ġurnata), ġeneralment ikollha boton minn 2 sa 12-il żarmuġ.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.