Pitons, Cirques u Rdumijiet tal-Gżira ta' Réunion
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Gżira ta' Réunion, territorju exstra-Ewropew Franċiż / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Pitons, is-cirques u l-irdumijiet tal-Gżira ta' Réunion huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-2010.[1] Is-sit jinsab fil-Gżira ta' Réunion, fit-territorju ekstra-Ewropew Franċiż fil-Lbiċ tal-Oċean Indjan. L-erja tas-sit tirrappreżenta ftit iktar minn 40 % tal-art tal-gżira fiż-żona ċentrali tal-park nazzjonali ta' Réunion, flimkien ma' Le Grande Chaloupe, Piton d'Anchaing, il-foresta ta' Mare Longue u La Chapelle de Cilaos.