Plejer tas-Sena tal-FIFA
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Plejer tas-Sena tal-FIFA huwa unur tal-futbol li jingħata għal plejer maskili u femminili li hu maħsub li hu l-aqwa plejer fid-dinja, ibbażat skond il-voti tal-kowċis u captains tat-timijiet nazzjonali. Fis-sistemà tal-voti, kull kowċ ikollu tliet voti, li kollha jiswew ħames punti, tliet punti u punt, u r-rebbieħ hu magħżul skond l-iktar numru tal-voti. L-unur beda mis-sena 1991 għall-irġiel u mill-2001 għan-nisa.
L-aktar plejer żagħżugħ li rebaħ dan l-unur, raġel jew mara, huwa Ronaldo, li rebaħ dan l-unur fis-sena 1996 meta kellu 20 sena. Hu reġa' rebaħ l-unur fl-1997. Ronaldo, Ronaldinho, Mia Hamm u Birgit Prinz huma l-uniċi plejers li rebħuh darbtejn wara xulxin. Ronaldo, Zinedine Zidane u Prinz huma l-uniċi li rebħuh tliet darbiet. L-iktar plejer ta' età matura li rebaħ dan l-unur kien Fabio Cannavaro li rebħu fl-2006 f'età ta' 33 sena. L-iktar plejer femminili li rebħitu ta' età matura kienet Hamm, li rebħet fis-sena 2000 ta' 30 sena, u l-iżgħar plejer femminili kienet Marta li rebħitu fis-sena 2006 f'età ta' 20 sena (imma kienet seba' xhur iktar ikbar minn Ronaldo fl-1996).