Renju (bijoloġija)
From Wikipedia, the free encyclopedia
Fil-bijoloġija, renju huwa takson li qiegħed fil-quċċata (jew kważi) tal-iskema fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi (għax fl-iskemi moderni, id-dominju qiegħed jiġi wżat bħala l-ogħla taksa). Ir-renji jinqasmu fi gruppi iżgħar, l-hekk imsejħa fajlum (fiż-żooloġija) jew diviżjoni (fil-botanika), għalkemm qabel dan, renju jista' jinqasam f'sottorenju, f'fergħa jew f'infrarenju, biss dawn m'humiex livelli obbligatorji.
Carolus Linnaeus fl-ewwel pubblikazzjoni tas-Systema Naturae fl-1735, kellu skema ta' klassifikazzjoni b'żewġ Renji ta' organiżmi ħajjin, Animalia għal annimali u Vegetabilia għal pjanti (Linnaeus inkluda wkoll il-minerali, fir-renju Mineralia). Barra minn hekk, Linnaeus qasam ir-renju fi klassijiet u dawn tal-aħħar ġew miġbura f'fajla għal annimali u f'diviżjonijiet għal pjanti.