Tazza Ażjatika tal-Futbol
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tazza Ażjatika hija kompetizzjoni tal-futbol organizzata mill-Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol (AFC) bejn il-pajjiżi Ażjatiċi. It-tim rebbieħ isir iċ-ċampjin tal-Asja u awtomatikament jikkwalifika għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Tazza Ażjatika tal-Futbol 2011 | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1956 |
Nru. ta' timijiet | 16 |
Reġjun | Asja (AFC) |
Ċampjin attwali | Iraq |
L-aktar rebħiet |
Iran Ġappun Arabja Sawdija (tliet titli) |
Sit elettroniku | the-afc.com |
It-Tazza Ażjatika kienet issir darba kull erba' snin mill-1956 'il quddiem, imma, minħabba li l-Logħob Olimpiku tas-sajf u l-Kampjonati Ewropej isiru fl-istess sena tat-tazza (2004, 2008, 2012 etċ.), il-kalendarju kellu jinbidel. L-AFC iddeċidiet li dan il-kampjonat jiġi skedat f'ħin fejn ikun hemm nuqqas ta' avvenimenti, u b'hekk wara l-2004, dan it-turnew sar fl-2007, biex issa se jkompli jsir kull erba' snin minn dik is-sena.
Matul is-snin, it-Tazza Ażjatika kienet iddominata mill-aqwa timijiet Ażjatiċi, tipikament dawk li ġejjin mill-Punent u mil-Lvant tal-Asja. Timijiet bħar-Repubblika Koreana, l-Iran, il-Ġappun u l-Arabja Sawdija kważi kull sena kienu laħqu l-finali. Timijiet oħra li kisbu suċċess jinkludu lill-Iraq, il-Kuwajt, iċ-Ċina u l-Emirati Għarab Magħquda.