Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs hija kompetizzjoni tal-futbol li fiha jipparteċipaw ir-rebbieħa tas-sitt kontinenti, allavolja mill-2007 ir-rebbieħa tal-konfederazzjoni Oċeanika jridu jilgħabu play-off kontra ċ-ċampjin tal-pajjiż li jkun qiegħed jospita l-logħob.
Dan l-artiklu hu dwar il-kompetizzjoni li tinvolvi lill-klabbs rebbieħa ta' kull kontinent. Għall-kompetizzjoni li kienet issir mill-1960 sal-2004, ara Tazza Interkontinentali (futbol).
Quick Facts Sport, Fundazzjoni ...
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 2000 |
Nru. ta' timijiet | 7 |
Reġjun | Internazzjonali (FIFA) |
Ċampjin attwali |
![]() |
L-aktar rebħiet |
![]() ![]() (2 titli kull wieħed) |
Sit elettroniku | fifa.com |
Close
L-ewwel edizzjoni seħħet ġewwa l-Brażil f'Jannar tal-2000. Il-FIFA għażlitha bħala s-sostitut għat-Tazza Interkontinentali li kienet issir kull sena f'Tokjo, fil-Ġappun bejn ir-rebbieħa tal-Ewropa u dawk tal-Amerika t'Isfel. Wara waqfa, il-kompetizzjoni reġgħet ġiet introdotta fl-2005 u minn dakinhar baqgħet bħala l-unika kompetizzjoni internazzjonali għall-klabbs tal-futbol.