Teżawru
xogħol ta' referenza li jelenka kliem li jiġi raggruppat skont tifsiriet simili / From Wikipedia, the free encyclopedia
Teżawru jew dizzjunarju tas-sinonimi huwa xogħol ta' referenza għas-sejbien ta' sinonimi u xi kultant antonimi tal-kliem. Spiss teżawru jintuża mill-kittieba sabiex jgħinhom isibu l-aqwa kelma biex jesprimu idea.
Id-dizzjunarji tas-sinonimi għandhom storja twila. Il-kelma "teżawru" ntużat għall-ewwel darba fl-1852 minn Peter Mark Roget għat-teżawru tiegħu Roget's Thesaurus.[1]
Filwaqt li xi teżawri, bħal dak ta' Roget, jiġbru flimkien il-kliem f'tassonomija ipernimika ġerarka ta' kunċetti, oħrajn jorganizzawhom alfabetikament jew b'modi oħra.
Il-biċċa l-kbira tat-teżawri ma jinkludux definizzjonijiet, iżda ħafna dizzjunarji jinkludu listi ta' sinonimi.
Xi teżawri u noti dwar is-sinonimi fid-dizzjunarji jikkaratterizzaw id-distinzjonijiet bejn kliem simili, b'noti dwar "il-konnotazzjonijiet u sfumaturi varji tat-tifsira"[2] tagħhom. Xi dizzjunarji tas-sinonimi primarjament jiddifferenzjaw is-sinonimi skont it-tifsira u l-użu. Il-manwali tal-użu bħal A Dictionary of Modern English Usage ta' Fowler spiss jagħtu gwida dwar l-użu xieraq tas-sinonimi.
Xi kultant it-teżawri jintużaw biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-kliem, u minflok ikun hemm varjazzjoni eleganti, li ħafna drabi tiġi kkritikata mill-manwali tal-użu: "il-kittieba xi kultant jużawhom mhux biss sabiex ivarjaw il-vokabularji tagħhom iżda biex ilibbsuhom wisq".[3]