Teatru Akkademiku Reġjonali ta' Donetsk
teatru f'Mariupol, l-Ukrajna / From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Teatru Akkademiku Reġjonali ta' Donetsk (bl-Ukren: Донецький академічний обласний драматичний театр, bir-Russu: Донецкий академический областной драматический театр) kien teatru f'Mariupol fin-Nofsinhar tal-Ukrajna. It-teatru modern kien inbena fl-1960 bejn wieħed u ieħor fil-post fejn qabel kien hemm il-Knisja tal-Marija Maddalena.[1] It-teatru nqered kważi għalkollox mill-attakki mill-ajru Russi fis-16 ta' Marzu 2022.[2]
It-teatru kien magħruf ukoll bħala t-Teatru Reġjonali ta' Donetsk qabel ma ngħata status akkademiku f'Novembru 2007.