Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bulgarija
From Wikipedia, the free encyclopedia
Fil-21 ta' Mejju 1924 il-Bulgarija lagħbu l-ewwel logħba tal-futbol internazzjonali kontra l-Awstrija u sofrew ukoll l-ewwel telfa tagħhom (Awstrija 6 - 0 Bulgarija). Dan it-tim li mlaqqam The Lions (L-Iljuni), kellu wkoll suċessi kbar fejn rebaħ diversi logħbiet t'importanza kbira. L-ikbar riżultat f'logħba waħda għamlu kontra n-Norveġja fl-1957 u kontra Malta fl-1982 fejn rebaħ id-darbtejn li huma b'seba' gowls minn fuq (Bulgarija 7 - 0 Norveġja) u (Bulgarija 7 - 0 Malta). Iżda fl-agħar logħba li mar tilef bi skor ta' 13-il gowl minn taħt, kontra Spanja fil-21 ta' Mejju 1933 (Spanja 13 - 0 Bulgarija), eżatt disa' snin wara li lagħab l-ewwel logħba uffiċjali.
Assoċjazzjoni | Federazzjoni tal-futbol tal-Bulgarija | ||
---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Lyuboslav Penev | ||
Kaptan | Ivelin Popov | ||
Stadju prinċipali | Vasil Levski | ||
Kodiċi tal-FIFA | BUL | ||
|
B'kollox il-Bulgarija ħadet sehem s'issa f'7 kompetizzjonijiet tat-Tazza tad-dinja. L-ewwel darba fl-1962 imbagħad fl-1966, 1970, 1974, 1986 u fl-1994. Iżda l-aħjar riżultat kisbu fl-1994 meta wasal sas-semi finali u spiċċa r-raba' post. Anki fil-European Championship ħa sehem fl-1996 u fl-2004. Fil-Logħob Olimpiku għamel suċċes ukoll meta fl-1956 fl-Olimpjadi ta' Melbourne (l-Awstralja) rebaħ il-midalja tal-Bronż u fl-1968 tela' tarġa 'l fuq għax ġewwa Mexico City (il-Messiku) rebaħ il-Fidda.
Assoċjazzjoni: Bulgarian Football Union (L-Unjoni Bulgara tal-Futbol)
Il-Kowċ Attwali: Hristo Stoichkov (2004- )
It-Top Scorer: Hristo Bonev (b'47 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: BUL
Ir-Ranking tal-FIFA: 38 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 8 post (Ġunju ta' l-1995)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 58 post (Awissu ta' l-2002)
Ir-Ranking tal-Elo: 42