Traduzzjoni
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-traduzzjoni hija l-komunikazzjoni tat-tifsira ta’ test fil-lingwa sors permezz ta’ test ekwivalenti fil-lingwa mira. Il-lingwa Ingliża tagħmel distinzjoni terminoloġika (li ma teżistix f’kull lingwa) bejn it-traduzzjoni (test miktub) u l-interpretazzjoni (komunikazzjoni orali jew bis-sinjali bejn utenti ta’ lingwi differenti). Permezz ta’ din id-distinzjoni, it-traduzzjoni tista’ tibda biss wara li tkun daħlet il-kitba fi ħdan komunità ta’ lingwa. Traduttur dejjem jirriskja meta b’mod involontarju jintroduċi kliem, grammatika jew sintassi tal-lingwa sors fir-rendiment tal-lingwa mira. Min-naħa l-oħra, dan it-tixrid ġieli wassal biex jiġu importati kalki u kliem missellef mil-lingwa sors li għamlu l-lingwi mira aktar rikki. Tradutturi, inklużi dawk bikrija ta’ kotba mqaddsa, kienu ta’ għajnuna fit-tiswir tal-lingwi li huma ttraduċew fihom. Minħabba l-ħidma impenjattiva fil-proċess tat-traduzzjoni, mis-snin 40 saru sforzi, bi gradi differenti ta’ suċċess, biex it-traduzzjoni tiġi awtomatizzata jew biex b'mod mekkaniku jgħinu lit-traduttur uman. Aktar reċenti, iż-żieda fl-użu tal-Internet rawmet suq internazzjonali għas-servizzi tat-traduzzjoni, u ffaċilitat il-“lokalizzazzjoni tal-lingwa”.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |