Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2020
From Wikipedia, the free encyclopedia
Rebbiegħa CEE 2020 ta' Wikimedia hija inizjattiva ta' Wikipedisti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant bl-għan li jinħloqu paġni dwar nies, suġġetti jew oġġetti minn din il-parti tad-dinja. Malta qed tieħu sehem għall-ewwel darba din is-sena permezz ta' l-għaqda volontaria Wikimedia Community Malta, li hija affiljata mal-Wikimedia Foundation. Dan huwa l-ewwel attentat sistematiku minn din l-għaqda biex jinħolqu paġni bil-Malti fuq il-Wikipedija dwar nies, suġġetti u oġġetti li m'għadhomx x'jaqsmu direttament ma' Malta. Dan qed isir f'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv u l-Kummissjoni Ewropeja.
Matul ix-xahar t'April qed norganizzaw ukoll numru ta' workshops u edit-a-toni regolari fuq Google Meet kull nhar ta' Ħamis u nhar ta' Gimgħa bejn is-6pm u t-8pm. Id-dettalji hawn.