Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2021
From Wikipedia, the free encyclopedia
Rebbiegħa CEE 2021 ta' Wikimedia hija inizjattiva ta' Wikipedisti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant bl-għan li jinħloqu paġni dwar nies, suġġetti jew oġġetti minn din il-parti tad-dinja. Malta qed tieħu sehem għat-tieni darba din is-sena permezz tal-għaqda volontarja Wikimedia Community Malta, li hija affiljata mal-Wikimedia Foundation. Dan jorbot mal-ħidma sistematika mibdija fl-2020 minn din l-għaqda biex jinħolqu paġni bil-Malti fuq il-Wikipedija dwar nies, suġġetti u oġġetti li m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' Malta. Dan qed isir f'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Valletta Design Cluster fi ħdan il-VCA.
Matul ix-xahar t'April qed norganizzaw ukoll numru ta' workshops u edit-a-toni regolari fuq Google Meet kull nhar ta' Ħamis bejn is-6pm u t-8pm. Id-dettalji hawn.
![Il-logo ta' Rebbiegħa CEE](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/2/2f/Rebbieg%C4%A7a_CEE_logo.jpg/640px-Rebbieg%C4%A7a_CEE_logo.jpg)