From Wikipedia, the free encyclopedia
Wolfgang Amadeus Mozart (Johannes Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart) kompożitur famuż tal-Mużika Klassika. Il-fama ta' Mozart hija tant kbira li ismu jippersonifika l-mużika klassika tal-punent. Hu meqjus bħala wieħed mill-akbar ġenji mużikali u sa llum għadu ħaj fi qlub il-mużiċisti ta' kull stil u talent. Għalkemm miet ta' eta żgħira, f'ħajtu kkompona madwar 600 xogħol, fosthom il-melodija famuża Eine kleine Nachtmusik, u l-Marċ Tork flimkien ma' 41 sinfonija u kollezzjoni kbira ta' mużika għall-pjanu u mużika vokali.
Wolfgang Amadeus Mozart | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Johannes Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart |
Twelid | Salzburg, 27 Jannar 1756 |
Nazzjonalità |
Arċiveskovat ta' Salzburg Arċidukat ta' Awstrija Imperu Ruman Qaddis |
Residenza | Mozart's birthplace (en) |
L-ewwel lingwa | Ġermaniż |
Mewt | Vjennau Rauhensteingasse (en) , 5 Diċembru 1791 |
Post tad-dfin | Ċimiterju ta' San Marx |
Kawża tal-mewt | (unknown value) |
Familja | |
Missier | Leopold Mozart |
Omm | Anna Maria Mozart |
Konjuga/i | Constanze Mozart (4 Awwissu 1782 - 5 Diċembru 1791) |
Ulied | |
Aħwa | |
Tribù | familja Mozart |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Ġermaniż Taljan Ingliż Franċiż Latin |
Għalliema |
Johann Schobert (en) Johann Christian Bach Leopold Mozart Giovanni Battista Martini |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kompożitur għalliem tal-mużika pjanist mużiċist organist vjolinist |
Għoli | 1.63 m |
Post tax-xogħol |
Salzburg Vjenna |
Impjegaturi |
Count Hieronymus von Colloredo (en) Josef II |
Xogħlijiet importanti |
Il-Flawt Maġiku Le Nozze di Figaro Don Giovanni Così fan tutte Die Entführung aus dem Serail (en) Sinfonija Nru 40 Eine kleine Nachtmusik Requiem |
Premjijiet | |
Influwenzat minn |
Johann Joseph Fux (en) Johann Sebastian Bach |
Moviment | perjodu klassiku |
Moviment artistiku |
perjodu klassiku sardana musica da camera opra sinfonija |
Strument/i tal-mużika |
orgni klavikordju klaviċembalu fortepjanu vjolin vjola pjanu orgni |
Imwieled f’Salzburg, l-Awstrija nhar is-27 ta’ Jannar 1756, Amadeus trabba f’ambjent mużikali mill-aqwa. Ta’ erba’ snin beda jitgħallem il-mużika għand missieru, kompożitur u vjolinista tal-Isqof ta’ Salzburg li kien ukoll il-Prinċep tal-belt. Barra li beda jdoqq xi strumenti tal-korda ta’ età tenera kien diġà beda jikkomponi xi bċejjeċ. Ta’ sitt snin flimkien ma’ oħtu Marianne, kien jagħti l-kunċerti f'Munich u Vjenna. Ta' disa' snin kien diġà żar Londra, Pariġi u bliet oħra fejn wera l-kapaċità mużikali mill-aqwa li kellu. Fl-1768, Vjenna, kiteb l-ewwel opra tiegħu La Finta Semplice fuq talba tal-Imperatur Awstrijak. Imma l-opra ttellgħet s-sena ta’ wara f’belt twelidu, Salzburg. Ta’ tlettax -il sena Mozart sar Direttur tal-Kunċerti fil-Qorti tal-Isqof ta’ Salzburg. Aktar tard beda jikkomponi ammont kbir ta’ xogħlijiet u żar Milan, Ruma u bliet oħra Taljani.
Mozart ma jistagħx jitqies bħala xi nnovatur jew riformatur fil-qasam mużikali. Il-vjaġġi li għamel qarrbuh lejn l-istili mużikali differenti ta’ żmienu. Billi ħallat dawn l-istili rnexxielu joħloq stil għalih, mużika mmarkata b’melodija mill-aqwa u li tirrifletti varjetà ta’ emozzjonijiet.
Fl-1772, miet l-Arċisqof ta’ Salzburg u s-suċċessur tiegħu ftit kien jimpurtah mill-mużika ta’ Mozart, għalhekk wara ħafna tilwim u polemiċi, Mozart ħalla Salzburg u mar Vjenna. Għalkemm beda jirċievi diversi kummissjonijiet, Mozart ma rnexxilux jistabbilixxi ruħu mill-ewwel ġo Vjenna. Hemm iltaqa’ mal-kompożitur anzjan Haydn u t-tnejn saru ħbieb mill-aqwa, tant li Mozart iddedikalu sett ta’ sitt kwartetti tal-korda. Fl-1782 iżżewweġ lil Costance Weber. Biex jaqla’ x’jiekol taha għat-tagħlim tal-mużika, beda jagħti kunċerti ħfief u jikkomponi danzi melodjużi.
Fl-1786 hu kkompona Le Nozze di Figaro waqt li s-sena ta’ wara kiteb kapolavur ieħor - Don Giovanni. Fl-1788, l-Imperatur Joseph II impjegah bħala mużiċista fil-palazz tiegħu b’salarju ta’ 80 lira fis-sena. Għalkemm dan kien salarju fenominali għal dak iż-żmien xorta baqa’ mċappas bid-djun li kien għamel.
Matul dik is-sena stess f’sitt ġimgħat ikkompona l-aħħar tliet sinfoniji, is-Sinfonia fid-Do maġġuri magħrufa bħala Jupiter, is-Sinfonia fil-Mi bemoll maġġuri u s-Sinfonia fis-Sol minuri. Fl-1790 kiteb ukoll l-opra Cosi Fan Tutte. Mozart ikkompona ‘l fuq minn 600 biċċa xogħol, dawn ġew irranġati f’ordni kronoloġiku fis-seklu dsatax mill-Awstrijak Ludwig von Kohchel.
Ix-xogħlijiet strumentali tiegħu wasslu l-mużika klassika fil-grad ta’ perfezzjoni. Bħala pjanist ċelebri kkompona diversi xogħlijiet biex hu stess setà jesegwihom f’diversi kunċerti. Kien l-ewwel surmast tal-hekk imsejħa kunċerti tal-pjanu tant li kiteb madwar 25 minnhom. Kiteb ukoll diversi sonati u xogħlijiet għall-kwartetti tal-korda. Fost l-40 sinfonija li kiteb, l-aktar popolari huma dawk li kiteb fl-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu.
Fl-aħħar sena ta’ ħajtu kkompona l-famuża opra 'il-Flawt Maġiku' u l-Messa de Requiem, xogħol korali li fiha tista’ tgħid antiċipa l-mewt tiegħu stess, minħabba li lanqas laħaq spiccaha u komplieha wara mewtu l-alliev tiegħu Sussmayr. Mozart kien l-aqwa kompożitur operistiku ta’ żmienu. Kemm l-opri komiċi u anke dawk klassiċi huma mmarkati b’intensità drammatika mill-aqwa. Mifni bil-mard u bit-tbatija tax-xogħol, Wolfgang Amadeus Mozart miet nhar il-5 ta' Diċembru 1791, fl-età żgħira ta’ 35 sena. Bħalma għex ta’ fqir, hekk wara mewtu difnuh f’qabar komuni, qalb it-tallaba. Imma mhux l-istess ġralha l-mużika tiegħu, li baqgħet tiġi apprezzata dejjem iżjed mal-mixja taż-żmien u li għamlet lil Mozart fost l-aqwa kompożituri li qatt dehru taħt il-kappa tax-xemx.
|
|||||
Problemi fis-smigħ ta' dan il-fajl? Ara l-għajnuna fuq il-medja. |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.