Ġordan

stat sovran fl-Asja tal-Punent From Wikipedia, the free encyclopedia

Ġordan
Remove ads

Il-Ġordan (Għarbi: اَلأُرْدُنّ‎ Al-ʾUrdunn), uffiċjalment ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (Għarbi:اَلمَمْلَكَة اَلأُرْدُنِيَّة اَلهَاشِمِيَّة al-Mamlakah al-ʾUrdunniyyah al-Hāšimiyyah), huwa renju Għarbi fil-Lvant Nofsani, fuq ix-xatt tal-Lvant tax-xmara Ġordan li jestendi fir-reġjun storiku tal-Palestina. Il-fruntieri tal-pajjiż huma l-Arabja Sawdija lejn in-Nofsinhar u l-Lvant, l-Iraq lejn il-Grigal, is-Sirja fit-Tramuntana u Iżrael li jaqsam il-kontroll tal-Baħar Mejjet miegħu, lejn il-Punent.

Quick facts Renju Ħaxemita tal-Ġordanاَلمَمْلَكَة اَلأُرْدُنِيَّة اَلهَاشِمِيَّal-Mamlakah al-ʾUrdunniyyah al-Hāšimiyyah, Lingwi uffiċjali ...

Ir-Renju tad-deżert ħareġ mill-qsim tal-Lvant Nofsani li sar wara l-Ewwel Gwerra Dinjija mill-Brittanja u Franza. Fl-1946, il-Ġordan sar stat sovran indipendenti uffiċjalment magħruf bħala r-Renju Ħaxemita tat-Transġordan. Wara l-qabda tar-reġjun taċ-Ċisġordanja matul il-gwerra 1948–49 ma' Iżrael, Abdullah I ħa t-titolu tar-Re tal-Ġordan u l-Palestina, u biddel uffiċjalment l-isem tal-pajjiż għar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fl-1949.

Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads