Ħal Balzan
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Ħal Balzan huwa raħal fiċ-ċentru ta' Malta. Flimkien ma' Ħ'Attard u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tliet Irħula". Ir-raħal kien jikkonsisti fi ftit djar u għelieqi, iżda maż-żmien kiber u fis-seklu 17 sar parroċċa. Fl-2019 gew registrati 4,768 abitant.[1]
Remove ads
Etimoloġija
F’Malta, ħafna ismijiet tal-irħula huma identiċi għal ċerti kunjomijiet tal-familja, bħal Attard u Lija. Għalhekk, xi wħud jemmnu li r-raħal ta' Ħal Balzan wiret ismu minn familja li kunjomha kien Balzan. Balsan (Balzan) letteralment tfisser 'kollettur tat-taxxa' jew 'kollettur tal-kontribuzzjonijiet'. Il-kollettur tat-taxxa dak iż-żmien probabbli kien jgħix f'Ħal-Balzan li kien jifforma parti minn Birkirkara.[2]
Remove ads
Wirt Storiku u Kultura
Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Balzan fiha diversi xogħlijiet tal-arti minn pitturi famużi Maltin bħal Giuseppe Calleja, Chev. Emvin Cremona u Paul Camilleri Cauchi.[3] L-istatwa użata fil-festa tar-raħal ċċelebrata fil-ġimgħa ta' 2 ta‘ Lulju, hija minquxa fl-injam mill Salvatore Dimech (is-Sarċ) u turi l-Madonna flimkien mal-Arkanglu Gabrijel.[4] Il-festa sekondarja tal-parroċċa hija dik ta' San Valentinu.
Bħal Ħ'Attard u Ħal-Lija, Ħal Balzan huwa mfittex bħala post poplari ta' residenza. Il-popolazzjoni żdiedet matul iż-żmien minħabba l-iżviluppi fuq skala kbira bi blokki ta’ appartamenti li qed jinbnew flok vilel antiki u l-ġonna tagħhom. Dan l-iżvilupp qed iseħħ l-aktar fil-periferija tar-raħal, u ċ-ċentru storiku għadu ppreservat. Ħal Balzan huwa villaġġ li jgawdi minn Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana.
Remove ads
Arkitettura
Knejjes
Kappella tal-Annunzjata (Parroċċa l-Antika)
Din il-knisja nbniet fis-Seklu 17. Kif tlestiet fl-1655, malajr beda jinħass li ma kienitx toffri biżżejjed spazju għall-popolazzjoni li dejjem kienet qed tikber. L-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida tqiegħdet fl-1669 u l-binja l-ġdida ġiet imbierek fl-1695. Il-Perit mhux magħruf iżda d-disinn ta' barra jista’ jiġi attribwit lill-istil Toscan. Id-Disinn tal-koppla huwa nfluwenzat mill-Barokk, stijl li kien għadu kif dahal f'Malta f'dawk iż-żminijiet. L-Entratura tal-knisja tinkludi statwa tal-ġebel tal-Madonna f’nicca li fuq quċċata tagħha nsibu tieqa tal-ħġieġ f'forma ta’ ċirku. Il-żelfry nbniet fl-1708 bil-koppla titlesta sena qabel.[5]
Parroċċa tal-Annunzjata
Din il-Knisja Parrokkjali, mibnija fis-seklu 17 tinsab fil-qalba tar-raħal. Il-barka u t-tqegħid tal-ġebla tal-fondazzjoni seħħew fis-26 ta’ Diċembru 1669. Fr. Domenico Ellul, dak iż-żmien kien Kappillan. In-nies tal-lokal kienet ilha titlob għal knisja akbar biex takkomoda l-popolazzjoni tar-raħal li kompliet tiżdied sena wara sena. Wara ħafna talbiet, inkluża petizzjoni uffiċjali ppreżentata minn Fr. Ellul lil Vigarju Ġeneral Mongr Cauchi, it-talb tagħhom intlaqa'. Mons. Balaguer ikkonferma d-decizjoni uffiċjali tiegħu fil-11 ta’ Lulju 1663.[6] Il-forma tal-knisja ssegwi r-regoli stabbiliti mill-knisja fil-Konċilju ta' Trentu li jiddettaw li jkun hemm il-bini fil-pjan ta’ salib. In-Nave huwa maħsub biex iwassal għall-altar ewlieni li jiffaċċja l-Lvant, b'spazju allokat b’mod speċjali għall-Kor. Partijiet mill-knisja u l-faċċati tagħha ġew restawrati f’Settembru 2020 bħala parti mill-fondi disponibbli permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. [7]
Knisja tal-Assunzjoni
Il-knisja li naraw illum inbniet fl-1846 fuq l-insistenza ta Rev. Salvu Sammut Pullicino li ried jibni knisja fl-istil li kien popolari dak iż-żmien. Fit-Tieni Gwerra Dinjija l-knisja kienet użata bħala dar temporanja għal refuġjati li kienu ħarbu mill-Kottonera. Aktar tard, din il-knisja serviet wkoll bħala spazju ta’ tagħlim għall-istudenti tal-Liġi tal-Università ta’ Malta. Wara l-gwerra kienet użata bħala maħżen għall-istatwi u dekorazzjonijiet oħra użati fil-festa. Wara li ġiet restawrata, hija serviet bħala kappella dedikata għall-adorazzjoni. Quddiem il-knisja nsibu statwa tal-Madonna li tmur lura għall-bidu tas-seklu 19.[5]
Kapella ta' Santu Rokku
Din il-knisja tinsab fi Triq it-Tlett Knejjes, ħdejn il-Kappella tal-Annunzjata (il-parroċċa l-antika). Il-kappella nbniet fl-1593 fl-istess sena li kienet feġġet il-Pesta. Il-vittmi taʼ din il-marda ġew midfuna fil knisja. Il-pittura prinċipali fil-kappella turi lil Santu Rokku, San Pawl u San Sebastian, it-tliet qaddisin protetturi kontra l-marda qerrieda.[8]
Knisja tal-Bon Pastur
Din il-kappella żgħira taghmel parti mill-kunvent tar-Ragħaj it-Tajjeb kienet dedikata lil San Ġużepp. Din ġiet iddisinjata mill-Perit Vincenzo Busuttil u l-kostruzzjoni tal-ġebel tħalla f’idejn il-bennej Piju Ebejer.[9][10] Hija ġiet inawgurata fl-4 ta’ April 1870. Knisja ħafna akbar inbniet bejn l-1898 u l-1901. Dan il-bini ġdid kien iddedikat lill-Qalb taʼ Ġesù. L-Arċisqof Monsinjur Peter Pace bierek il-kappella fis-7 ta’ Frar 1901.[11]
Ir-Reverenza lil Santu Rokku
Ta' sikwit niltaqghu ma' statwi, ismijiet ta' toroq, niċeċ u monumenti oħra ta' tifkira madwar Malta b' reverenza lil Santu Rokku. Il-twemmin huwa li Santu Rokku huwa l-qaddis protettur kontra l-pesta u reverenza lejh tipproteġi l-abitanti kontra l-pesta u kull forma oħra ta' mard ta' dak iż-żmien. F’Ħal Balzan hemm kappella, triq, kif ukoll statwa ddedikati lil Santu Rokku. L-istatwa tinsab fil-kantuniera tat-triq bl-istess isem sabiex tissorvelja u tipproteġi n-nies li jgħixu fir-raħal. [12]
Remove ads
Postijiet ta' Wirt Storiku u Importanza
Imwielda fil-Lokalità
- Rev. Monsignor John (Gwann) Dimech ( 1922-2009) [17]
- Piju Ebejer (1874-1931) Bennej Prim[9]
- Gabriel Caruana Artist (1929-2018)
- Fra Giuseppe Zammit [18]
- Bernardo Manduca Piscopo Macedonia (1891-1971)[19][20]
- Prof. John Borg
- Isqof Joseph Grech
- Giuseppe Frendo[21]
- Mikel Scicluna - Lotta (29 Lulju 1929 – 20 Marzu 2010)
Għaqdiet Reliġjużi
- Tal-Bon Pastur - Dar Merħba Bik huwa kunvent tas-Sorijiet Rgħaj It-Tajjeb (Good Shepherd) li waslu Malta minn Smyrna fl-1858. Kif waslu ngħataw dar f’Ħal-Lija mill-Marquis Testaferrata biex titwaqqaf skola bl-akkomodazzjoni għall-tfajliet li kienu jiġu minn Sqallija. Illum dan il-bini jservi bħala s-sit tal-Kunsill Lokali, is-Servizzi Soċjali u l-Posta fir-raħal.[11] Is-sorijiet kienu joffru ukoll klassijiet għall-orfni u nisa li riedu jibdlu ħajjitom. Il-kunvent f’Ħal-Balzan inbena f'1868 bl-għajnuna taʼ ħafna benefatturi. Ix-xogħol tal-kunvent għadu għaddej sal-lum fejn joffri kenn lin-nisa u lit-tfal tagħhom mill-vjolenza domestika, jgħin lill-ommijiet li jsibu ruħhom waħedom kif ukoll lill-irġiel refuġjati u lill-familji tagħhom li jispiċċaw f’Malta.[22]
- Il-Kunvent magħruf bħala Stella Maris huwa il-lok tal-Missjunarji Franġiskani taʼ Marija [23] inbena fil-1926. Din il-binja sservi bħala kunvent, kappella u skola. L-Iskola ta' Stella Maris adottat is-sistema ta’ tagħlim ta’ Montessori meta fetħet fl-1944. Ftit snin wara, fl-1950, l-iskola bdiet toffri klassijiet ta’ kindergarten flimkien ma' l-iskola primarja għas-subien. Mill-2008 l'hemm l-Iskola Stella Maris saret skola li tipprepara l-istudenti għall-Kulleġġ San Alwiġi fejn l-istudenti kienu jmorru biex jiksbu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom.[24]
Remove ads
Kunsill Lokali Balzan
Il-Kunsill Lokali ta' Ħal-Balzan huwa kompost minn: [25]
- Dr Angelo Micallef (Sindku)
- Edward Grech (Vici Sindku)
- Mary Louise Briffa (Kunsilliera)
- Annalise Galea (Kunsilliera)
- Dr Oliver Nicholas De Gaetano (Kunsillier)
Servizzi fil-Komunità
- Ufficcju Parrokjali Knisja ta' Ħal-Balzan, Triq Idmejda
- Kunsill Lokali Ħal-Balzan, Triq il-Kbira
- Għassa tal-Pulzija, Pjazza Bertu Fenech
- Centru tas-Saħħa, Triq il-Kbira
- Każin Partit Laburista, Triq it-Tliet Knejjes
- Każin Nazzjonalista, Triq il-Kbira
- Malta Hospice Movement, Vjal il-Bon Pastur [26]
Sport
- Il-Klabb tal-Futbol ta' Ħal-Balzan (Balzan Football Club) ġie imwaqqaf fl-1937. Huwa tim li jikkompeti fil-Livell Premier tal-Futbol Malti. It-tim ilu jikseb riżultati promettenti b’mod konsistenti f'dawn l-aħħar 5 snin b' klassifikazzjonijiet fit-tieni post u anke f’dawk finalisti fl-aħħar ftit snin. Fl-2019, huma rebħu l-FA Trophy ta' Malta wara li għelbu lil Valletta FC.[27]
Għaqdiet Mużikali
Toroq Prinċipali
- Triq Birbal
- Triq Idmejda
- Triq Il-Kbira
- Triq Il-Mitħna
- Triq It-Tliet Knejjes
- Triq L-Imdina
- Triq San Franġisk
- Vjal De Paule
- Wied Ħal Balzan
- Parroċċa ta' l-Annunzjata, Balzan
- Knisja ta' Santa Marija, Balzan
- Knisja ta' Santu Rokku, Balzan
- Knisja tal-Bon Pastur, Balzan
- Pjazza Bertu Fenech
- Villa Macedonia, Balzan
- Dar Hena, Ambaxxata tal-Libya, Balzan
- Triq il-Kbira, Balzan
- Toroq Principali, Balzan
- Triq Sisner, Balzan
- Arkitettura antika, Balzan
Remove ads
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads