Alphonse Daudet

From Wikipedia, the free encyclopedia

Alphonse Daudet
Remove ads

Alphonse Daudet (Franċiż: [dodɛ]; 13 ta' Mejju 1840 – 16 ta' Diċembru 1897) kien rumanzier Franċiż. Kien żewġ il-kittieba Julia Daudet u missier Edmée Daudet, u l-kittieba Léon Daudet u Lucien Daudet.

Quick facts Ħajja, Isem propju ...
Remove ads

Żgħożija

Daudet twieled Nîmes, Franza.[1] Niesu, miż-żewġ naħat, kienu membri tal-bourgeoisie. Missieru, Vincent Daudet, kien produttur tal-ħarir — bniedem li ħajtu kienet mimlija sfortuna u falliment. Alphonse kien jiskarta ħafna mill-iskola u kellu tfulija mimlija dwejjaq. Fl-1856 ħalla Lyon, fejn għex matul il-parti l-kbira tas-snin tal-iskola, u beda karriera bħala għalliem tal-iskola f'Alès, Gard, fin-nofsinhar ta' Franza. Daudet sab dan l-impjieg intollerabbli u aktar tard kien jgħid li kien jistenbaħ imwerwer, jaħseb li għadu fil-klassi qalb l-istudenti bla dixxiplina li kellu.[2] Insibu dawn l-esperjenzi riflessi fir-rumanz tiegħu Le Petit Chose.

Fl-1 ta' Novembru 1857, abbanduna t-tagħlim u mar joqgħod ma' ħuh Ernest Daudet, xi tliet snin akbar minnu, li kien qiegħed jipprova jagħmel karriera bħala ġurnalista Pariġi. Alphonse beda jikteb u ppubblika l-poeżiji tiegħu f'volum żgħir, Les Amoureuses (1858), li intlaqa' tajjeb mhux ħażin. Sab impjieg ma' Le Figaro, li dak iż-żmien kienet taħt Cartier de Villemessant, editur enerġetiku, kiteb tnejn jew tliet drammi, u beda jsir magħruf fil-kommunitajiet letterarji bħala bniedem ta' distinzjoni li jipprometti. Id-Duka ta' Morny, il-ministru ta' qawwa kbira ta' Napuljun III, ħatru bħala wieħed mis-segretarji tiegħu — impjieg li żamm sal-mewt tad-duka fl-1865.[2]

Remove ads

Karriera Letterarja

Thumb
Il-Mitħna ta' Daudet

Fl-1866, il-kollezzjoni ta' novelli ta' Daudet's Lettres de mon moulin (Ittri mill-Mitħna tiegħi), li kiteb Clamart, qrib Pariġi, li fiha jalludi għal mitħna f'Fontvieille, Provenza, ġibdet l-attenzjoni ta' ħafna qarrejja. L-ewwel mill-kotba tiegħu aktar fit-tul, Le Petit Chose (1868), però, ma' tantx kien popolari. Fil-parti l-kbira kien l-istorja taż-żgħożija tiegħu, irrakkontata b'ħafna ħlewwa u ħniena. Fl-1872 ħareġ il-famuż Aventures prodigieuses de Tartarin de Tarascon, u dramm fi tliet atti L'Arlésienne. Imma Fromont jeune et Risler aîné (1874) kien suċċess kbir. Il-kreatività tiegħu irriżultat f'karattri realistiċi u tipiċi.[2]

Jack, rumanz dwar tifel illeġittmu, martri tal-egoiżmu ta' ommu, li ħareġ sentejn wara, serva biex isaħħaħ l-istess impressjoni. Minn hemm 'il quddiem kellu karriera letterarja, il-parti l-kbira jikteb ir-rumanzi: Le Nabab (1877), Les Rois en exil (1879), Numa Roumestan (1881), Sapho (1884), L'Immortel (1888), jikteb għall-palk u jikteb ir-reminixxenzi: Trente ans de Paris (1887) u Souvenirs d'un homme de lettres (1888). Dawn, mat-tliet Tartarins[3] - Tartarin de Tarascon, Tartarin sur les Alpes, Port-Tarascon - u n-novelli, il-parti l-kbira miktubin qabel kisib il-fama, jifformaw il-korp tax-xogħlijiet ta' ħajtu.[2]

L'Immortel hu attakk aċituż kontra l-Académie Française, organizzazzjoni prestiġjuża li Daudet qatt ma kien membru tagħha. Daudet kiteb ukoll xi stejjer għat-tfal, fosthom La Belle Nivernaise, storja dwar dgħajsa qadima u l-ekwipaġġ tagħha, fl-1867 Daudet iżżewweġ lil Julia Allard, l-awtur ta' Impressions de nature et d'art (1879), L'Enfance d'une Parisienne (1883), u xi studji letterarji oħra miktubin taħt l-isem tal-pinna ta' "Karl Steen".[2]

Daudet ma kien bl-ebda mod fidil fiż-żwieġ, u kien wieħed minn ġenerazzjoni ta' kittieba sifilitiċi Franċiżi. [4] Matul iż-żwieġ kollu kellu relazzjonijiet sesswali ma' ħafna mill-maħbubin ta' sħabu. Daudet kellu jsofri bosta kuri u operazzjonijet ta' wġiegħ kbir għall-marda paralizzanti. L-entrati fid-djarju tiegħu dwar l-uġiegħ li bata mill-marda tabes dorsalis ġabarhom fil-volum La Doulou (La Douleur). Daudet miet Pariġi fis-16 ta' Diċembru 1897, u ndifen fiċ-Ċimiterju Père Lachaise tal-stess belt.

Remove ads

Opinjonijiet politiċi u soċjali, kontroversji u wirt

Thumb
Ritratt ta' Alphonse Daudet
Thumb
Alphonse Daudet, madwar l-1860 (Il-Mużew J. Paul Getty)

Daudet kien monarkista u oppona r-Repubblika Franċiża b'ħerqa kbira. Daudet kien ukoll kontra 'l-Lhud, però ma kienx magħruf għalhekk daqs ibnu Léon. Il-karattru prinċipali ta' Le Nabab kien ispirat minn politiku Lhudi li ġie elett bħala deputat għal Nîmes.[5] Daudet ħareġ kontra tiegħu imma tilef. Daudet kellu ħafna nies letterarji fost ħbiebu, fosthom Edouard Drumont, li waqqaf il-Lega antisemitika ta' Franza u beda u kien jedidta il-gazzetta antisemitika La Libre Parole. Daudet kellu wkoll xi korrispondenza antisemitika ma' Richard Wagner.

Hemm min jgħid li Daudet kien jesaġera apposta r-rabta tiegħu ma' Provenza biex jippromwovi l-karriera letterarja u s-suċċess soċjali tiegħu (wara s-suċċess ta' Frederic Mistral), u anki ġibeb lil martu qabel iżżewġu dwar l-oriġni Provenzali tiegħu.[6]

Franza hemm ħafna kulleġġi u skejjel imsemmijin għalih u l-kotba tiegħu għadhom jinqraw u jiġu stampati.

Xogħlijiet

Din lista tax-xogħlijiet ewlenin ta' Daudet.

  • Les Amoureuses (1858; poeżiji, l-ewwel xogħol ippubblikat).
  • Le Petit Chose (1868).
  • Lettres de Mon Moulin (1869).
  • Tartarin de Tarascon (1872).
  • L'Arlésienne (1872; novella oriġinarjament parti minn Lettres de Mon Moulin magħmula fi dramm) Tradotta għall-Malti minn Prof. Anthony Aquilina (L-Arlesjana, Faraxa Publishing 1993)
  • Contes du Lundi (1873, novelli).
  • Les Femmes d'Artistes (1874).
  • Robert Helmont (1874).
  • Fromont jeune et Risler aîné (1874).
  • Jack (1876).
  • Le Nabab (1877).
  • Les Rois en Exil (1879).
  • Numa Roumestan (1880)
    Thumb
    Il-qabar ta' Daudet fiċ-Ċimiterju Pere Lachaise, Pariġi
  • L'Evangéliste (1883).
  • Sapho (1884).
  • Tartarin sur les Alpes (1885).
  • La Belle Nivernaise (1886).
  • L'Immortel (1888).
  • Port-Tarascon (1890).
  • Rose and Ninette (1892).
  • La Doulou (1930).
Remove ads

Referenzi

Biblijografija

Qari addizzjonali

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads