Chucks Nwoko
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Afraik Kaejtan "Chucks" Nwoko (twieled fil-21 ta' Novembru 1978) huwa eks-plejer tal-futbol Malti-Niġerjan li kien jilgħab bħala midfilder. Nwoko bħalissa huwa l-kowċ ta' Balzan Youths ta' taħt id-19-il sena.
Remove ads
Karriera
Nwoko twieled Lagos, in-Niġerja. Beda l-karriera tiegħu fl-1995 ma' Julius Berger. Hu ngħaqad mat-tim Malti Birkirkara aktar tard dik is-sena, wara self mat-tim Bulgaru CSKA Sofia fl-2001. Lagħab ukoll ma' Marsaxlokk, Sliema Wanderers u Qormi. Nwoko rtira fl-2009.
Internazzjonali
Wara li żżewweġ Maltija u b'hekk sar eliġibbli biex jilagħab għat-tim nazzjonali ta' Malta, Nwoko għamel id-debutt internazzjonali tiegħu fl-1998. Huwa għamel total ta' 46 dehra internazzjonali sal-2003, u skorja gowl wieħed.
Ħoloq esterni
- Chucks Nwoko fuq Soccerbase
- Chucks Nwoko fuq National-Football-Teams.com
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads