Fenek pigmew

From Wikipedia, the free encyclopedia

Fenek pigmew
Remove ads

Il-fenek pigmew, xjentifikament magħruf bħala Brachylagus idahoensis, huwa mammiferu plaċentat erbivoru u wieħed mil-uniċi żewġt ifniek Amerikani li jħaffru il-bejta tagħhom stess. Dan il-fenek huwa differenti sew mil-ispeċi fil-ġeneri Lepus u Sylvilagus u b'hekk meqjus bħala fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru Brachylagus.

Quick Facts Klassifikazzjoni xjentifika, Isem binominali ...
Thumb
Fenek pigmew

Għalkemm bħala speċi fil-Colombia Basin tal-Istati Uniti imniżżla f'"periklu ta' estinzjoni", mil-IUCN din hi mniżżla bħala speċi f'"riskju minuri". Din il-valutazzjoni differenti hi minħabba li l-popolazjoni fil-Columbia Basin hija relitt iżolat u ġenetikament distinta li qiegħda fit-triq ta' żvilupp ta' sottospeċi ġdida, iżda l-IUCN tikkunsidra biss l-istat tal-popolazjoni tal-ispeċi b'mod sħiħ u globali.

Il-fenek pigmew huwa l-iżgħar leporidu fid-dinja, fejn fenek adult jiżen bejn 375 sa massimu ta' 500 gramma u tul totali ta' bejn 23.5 sa 29.5 ċentimeteri, u n-nisa ta' din l-ispeċi huma kemmxejn akbar mil-irġiel. Il-fenek pigmew jingħaraf minn leporidi oħra mid-daqs eċċezjonalment żgħir, mill-widnejn qosra, mis-saqajn ta' wara pjuttost żgħar u n-nuqqas ta' pil abjad mad-denb.

Il-fenek pigmew ġeneralment iħobb jgħix f'arja b'ħaxix għoli tal-Artemisia spp. għal ilqugħ, ikel u protezzjoni matul is-sena kollha.

Remove ads

Distribuzzjoni

Id-distribuzjoni storika ta' dan il-fenek endemiku, kienet mifruxa mal-ambjenti xotti fir-regjuni tal-Great Basin u ż-żoni muntanjużi fil-Punent tal-Istati Uniti, li jinkludu partijiet minn Montana, Idaho, Wyoming, Utah, Nevada, Kalifornja, Oregon u Washington.

Klassifikazzjoni

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads