Fußball-Bundesliga

From Wikipedia, the free encyclopedia

Fußball-Bundesliga
Remove ads

Il-Bundesliga huwa kampjonat professjonali tal-futbol fil-Ġermanja. Fil-ġerarkija tal-futbol Ġermaniż dan huwa l-ogħla livell. Il-kampjonat jintlagħab minn tmintax-il tim abbażi ta' sistema ta' promozzjoni u relegazzjoni mas-2. Bundesliga. Mill-fundazzjoni tagħha, total ta' 50 klabb ikkompetew f'din id-diviżjoni. Mis-snin sebgħin, it-tim ta' Bayern Munich iddominaw għal diversi drabi r-rebħ tal-kampjonat, hekk kif rebħhuh għal 22 darba. Madanakollu, il-Bundesliga rat ukoll ċampjins oħra bħal Hamburger SV, Borussia Dortmund, Werder Bremen, Borussia Mönchengladbach u VfB Stuttgart fost l-ismijiet prominenti.

Quick facts Sport, Fundazzjoni ...

Il-Fußball-Bundesliga huwa wieħed mill-aqwa kampjonati nazzjonali, ikklassifikat bħala t-tielet fl-Ewropa skont il-koeffiċjenti tal-UEFA għall-kampjonati. Hu hu l-ewwel wieħed f'dak li għandu x'jaqsam mal-attendenza medja.[1]

Remove ads

Storja

Oriġini

Qabel il-formazzjoni tal-Bundesliga, il-futbol Ġermaniż kien jintlagħab taħt livell tad-dilettanti f'numru kbir ta' kampjonati reġjonali. Ir-rebbieħa ta' dawn il-kampjonati kienu jisfidaw lil xulxin għar-rebħ tat-titlu nazzjonali. Fit-28 ta' Jannar, 1900, assoċjazzjoni nazzjonali, id-Deutscher Fußball Bund (DFB) ġiet fundata f'Leipzig b'86 klabb. L-ewwel tim tal-kampjonat nazzjonali kien VfB Leipzig, li għeleb lil DFC Prague 7-2 f'logħba li ntlagħbet f'Amburgu fil-31 ta' Mejju, 1903.

Fis-snin ħamsinn, kien hemm talbiet għall-formazzjoni ta' kampjonat professjonista wieħed, speċjalment minħabba l-fatt li kampjonati professjonisti f'pajjiżi barranin kienu qed iġagħlu lill-aqwa plejers tal-Ġermanja biex jitilqu 'l mill-kampjonati semiprofessjonali. Fuq livell internazzjonali, il-logħba Ġermaniża bdiet titlef il-kunfidenza hekk kif klabbs Ġermaniżi naqsu li jwettqu prestazzjoni tajba kontra klabbs professjonisti ta' pajjiżi oħra. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Sepp Herberger kien konxju mill-fatt li kien hemm bżonn ta' kampjonat uniku, u stqarr, "Jekk irridu li nibqgħu kompetittivi fuq livell internazzjonali, iridu ngħollu l-aspettattivi tagħna fuq il-livell nazzjonali."[2]

F'dak iż-żmien, fil-Lvant tal-Ġermanja, kampjonat separat kien stabbilit bil-formazzjoni tad-DS-Oberliga (Deutscher Sportausschuss Oberliga) fl-1950. L-isem tal-kampjonat tbiddel għal Football Oberliga DFV fl-1958 u kien ġeneralment riferut bħala sempliċiment DDR-Liga jew DDR-Oberliga. Dan il-kampjonat kellu erbatax-il tim b'żewġ postijiet ta' relegazzjoni.

Stabbiliment

It-telfa tat-tim nazzjonali mal-Jugożlavja (0-1) fil-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1962 fiċ-Ċili kienet ix-xoqqa f'moxtha (fost ħafna) sabiex jiġi mibni kampjonat nazzjonali. Taħt il-president il-ġdid tad-DFB Hermann Neuberger, il-Bundesliga ġiet ikkreata f'Dortmund fit-28 ta' Lulju, 1962, bl-ewwel staġun ikun dak tal-1962–64. Il-kampjonat professjonista Ġermaniż il-ġdid kien mudellat fuq dak Ingliż, li kien imur lura għall-1888.

F'dak iż-żmien, kien hemm ħames Oberligen, fejn kienu jirrapreżentaw it-Tramuntana, in-Nofsinhar, il-Punent, ix-Xlokk, il-Lbiċ tal-Lvant tal-Ġermanja u Berlin. Il-Ġermanja tal-Lvant, taħt okkupazzjoni Sovjetika, żammet l-istruttura tal-kampjonat tagħha. 46 klabb applikaw għall-ammissjoni għall-kampjonat il-ġdid. Sittax-il tim ġew magħżula skont is-suċċess fil-grawnd, il-kriterja tal-ekonomija u r-rappreżentazzjoni ta' diversi Oberligen.

  • Mill-Oberliga tat-Tramuntana: Eintracht Braunschweig, Werder Bremen, Hamburger SV
  • Mill-Oberliga tal-Punent: Borussia Dortmund, 1. FC Köln, Meidericher SV (issa MSV Duisburg), Preußen Münster, FC Schalke 04
  • Mill-Oberliga tax-Xlokk: 1. FC Kaiserslautern, 1. FC Saarbrücken
  • Mill-Oberliga tan-Nofsinhar: Eintracht Frankfurt, Karlsruher SC, 1. FC Nuremberg, TSV 1860 München, VfB Stuttgart
  • Mill-Oberliga ta' Berlin: Hertha BSC Berlin

L-ewwel logħob tal-Bundesliga ntlagħbu fl-24 ta' Awwissu, 1963. L-ewwel rebbieħa kienu l-favoriti 1. FC Köln, b'Meidericher SV u Eintracht Frankfurt jispiċċaw fit-tieni post bl-istess punti.

Remove ads

Struttura u kompetizzjoni

Iċ-ċampjin tal-futbol Ġermaniż hu deċiż bil-logħob fil-Bundesliga. Kull klabb jilgħab klabb ieħor kemm f'daru u anki barra minn daru. Oriġinarjament, rebħa kienet tiswa 2 punti, pari kien jiswa punt u telfa xejn. Mill-istaġun 1995–96, saret bidla fejn rebħa bdiet tiswa 3 punti, awqt li l-pari u t-telfa żammew l-istess punti. Il-klabb bl-ikbar numru ta' punti fl-aħħar tal-istaġun isir ċampjin tal-Ġermanja. Preżentament, l-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, waqt li dak tat-tielet post jikkwalifika għat-tielet rawnd preliminarju taċ-Champions League. Iż-żewġ timijiet min-naħa t'isfel tal-klassifika jiġu relegati fis-2. Bundesliga, waqt li l-aqwa żewġ timijiet mit-Tieni Diviżjoni jiġu promossi. It-tim li jispiċċa fis-sittax-il post (it-tielet mill-aħħar), u t-tielet tim fis-2. Bundesliga jilgħabu play-off fuq żewġ legs. Ir-rebbieħ ta' dik il-partita jilgħab fil-Bundesliga fl-istaġun li jmiss, u t-tellief fit-Tieni Diviżjoni.

Jekk timijiet huma l-istess fil-punti, jiġu applikati kriterji taħt din l-ordni:

  1. Id-differenza tal-gowls matul l-istaġun kollu
  2. It-total ta' gowls skrujati matul l-istaġun kollu
  3. Ir-riżultati ta' kontra xulxin (total ta' punti)
  4. Id-differenza ta' gowls ta' kontra xulxin
  5. Il-gowls skorjati barra minn dar xulxin
  6. Total ta' gowls skorjati barra minn darhom matul l-istaġun kollu

Jekk żewġ klabbs jibqgħu xorta bl-istess punti wara li ġew applikati dawn il-kriterji, issir partita waħda fi grawnd newtrali biex jiġi determinat il-pożizzjoni fil-klassifika. Madanakollu, din qatt ma kienet ta' użu fl-istorja tal-Bundesliga.

Fuq l-għażla tal-iskwadra, tim ma jistax ikollu aktar minn ħames plejers li mhumiex mill-UE. Seba' sostituti huma permessi biex jintagħżlu, fejn tlieta huma permessi li jiġu wżati matul il-partita.

Remove ads

Timijiet tal-istaġun 2010–11

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fußball-Bundesliga 2010–11.
  • 1. FC Kaiserslautern
  • 1. FC Köln
  • 1. FC Nuremberg
  • 1. FSV Mainz 05
  • Bayer 04 Leverkusen
  • Borussia Dortmund
  • Borussia Mönchengladbach
  • Eintracht Frankfurt
  • FC Bayern Munich
  • FC Schalke 04
  • FC St. Pauli
  • Hamburger SV
  • Hannover 96
  • SC Freiburg
  • SV Werder Bremen
  • TSG 1899 Hoffenheim
  • VfB Stuttgart
  • VfL Wolfsburg

Verdiente Meistervereine

Fl-2004, l-unur tal-"Verdiente Meisterverein" (litteralment "rikonoxximent għal timijiet rebbieħa") ġie introdott. L-idea, li twieldet l-Italja permezz tat-tim tal-Juventus, timmira biex tirrikonoxxi dawk it-timijiet li rebħu numru ta' kampjonati jew unuri oħra permezz ta' stilla tad-deheb fuq l-emblema tal-klabb u l-flokk tal-plejers tat-tim. L-użu hu differenti u uniku f'kull pajjiż, u fil-Ġermanja tingħata stilla waħda għal tliet titli, żewġ stilel għal ħames titli, tliet stilel għal għaxar titli u erba' stilel għal għoxrin titlu.

BFC Dynamo Berlin, preċedentament tim tal-Lvant tal-Ġermanja, talab li jkollu tliet stilel fuq l-emblema għar-rebħ ta' għaxar titli bejn l-1979 u l-1988. Minkejja li d-DFB ma tat l-ebda risposta, Dynamo Berlin ħadet ir-riedni f'idejha u qabbdet u għamlet tliet stilel fuq l-emblema. Din ikkawżat dibattitu, kemm minħabba li d-DFB kienet taf li t-titli mirbuħa mill-iskwadra fl-Oberliga kienu mirbuħa grazzi għall-patroċinju tal-iStasi, kif ukoll minħabba li timijiet oħra li rebħu aktar titli barra mill-Bundesliga għamlu l-istess rikjesta.

F'Novembru tal-2005, id-DFB ħalliet lil ċampjins juru stilla bin-numru ta' titli miktuba fiha, inklużi t-titli kollha maskili mill-1903, it-titli femminili mill-1974 u t-titli tal-Lvant tal-Ġermanja.[3] Madanakollu, ħafna timijiet ma rrispettawx din id-direttiva: per eżempju

Il-format impost mid-DFB japplika biss għal timijiet li jilgħabu l-isfel mill-Bundesliga (l-aqwa żewġ diviżjonijiet), minħabba li hemmhekk il-konvenzjonijiet tad-DFL jibqgħu imposti. BFC Dynamo Berlin ma segwewx din il-linjagwida u komplew jilbsu t-tliet stilel, minflokk stilla waħda bin-numru 10. Għalkemm mhux uffiċjali, Greuther Fürth juru tliet stilel tal-fidda għat-tliet titli mirbuħa qabel il-gwerra minkejja li jinsabu fit-tieni diviżjoni tal-Bundesliga.

Sa Ġunju 2009, il-klabbs segwenti huma ammessi li jilbsu stilel waqt li jilgħabu fil-Bundesliga. In-numru fil-parentesi jindika n-numru ta' titli tal-Bundesliga mirbuħa.

Sa Ġunju 2009, il-klabbs segwenti huma ammessi li jilbsu stilla waħda waqt li jilgħabu barra mill-Bundesliga. In-numru fil-parentesi jindika n-numru ta' titli tal-kampjonat nazzjonali mirbuħa matul il-kors tal-istorja tal-futbol Ġermaniż, u jkun inkluż fl-istilla.

  • Hamburger SV (6)
  • FC Viktoria Frankfurt (6)
  • Borussia Mönchengladbach (5)
  • VfB Stuttgart (5)
  • SV Werder Bremen (4)
  • 1. FC Kaiserslautern (4)
  • 1. FC Magdeburg (3)
  • FC Erzgebirge Aue (3)
  • Lokomotive Leipzig (3)
  • FC Carl Zeiss Jena (3)
  • 1. FC Köln (3)
  • SpVgg Greuther Fürth (3)
Remove ads

Rebbieħa

Total ta' 43 klabb rebħu l-kampjonat Ġermaniż. FC Bayern Munich għandhom 22 titlu, iktar minn kwalunkwe klabb ieħor.

Staġun Rebbieħ Staġun Rebbieħ Staġun Rebbieħ Staġun Rebbieħ
63–641. FC Köln76–77Borussia Mönchengladbach89–90FC Bayern Munich02–03FC Bayern Munich
64–65SV Werder Bremen77–781. FC Köln90–911. FC Kaiserslautern03–04SV Werder Bremen
65–66TSV 1860 München78–79Hamburger SV91–92VfB Stuttgart04–05FC Bayern Munich
66–67Eintracht Braunschweig79–80FC Bayern Munich92–93SV Werder Bremen05–06FC Bayern Munich
67–681. FC Nuremberg80–81FC Bayern Munich93–94FC Bayern Munich06–07VfB Stuttgart
68–69FC Bayern Munich81–82Hamburger SV94–95Borussia Dortmund07–08FC Bayern Munich
69–70Borussia Mönchengladbach82–83Hamburger SV95–96Borussia Dortmund08–09VfL Wolfsburg
70–71Borussia Mönchengladbach83–84VfB Stuttgart96–97FC Bayern Munich09–10FC Bayern Munich
71–72FC Bayern Munich84–85FC Bayern Munich97–981. FC Kaiserslautern10–11Borussia Dortmund
72–73FC Bayern Munich85–86FC Bayern Munich98–99FC Bayern Munich11–12Borussia Dortmund
73–74FC Bayern Munich86–87FC Bayern Munich99–00FC Bayern Munich12–13FC Bayern Munich
74–75Borussia Mönchengladbach87–88SV Werder Bremen00–01FC Bayern Munich
75–76Borussia Mönchengladbach88–89FC Bayern Munich01–02Borussia Dortmund

FC Bayern Munich huma ċ-ċampjins kurrenti.

Remove ads

Rekords

Thumb
Charly Körbel
Thumb
Gerd Müller
More information Plejer, Perjodu ...
More information Plejer, Perjodu ...
Remove ads

Ara wkoll

  • 3. Liga
  • Federazzjoni tal-futbol tal-Ġermanja
  • Oberliga
  • Zweite Bundesliga

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads