Galeopterus variegatus

From Wikipedia, the free encyclopedia

Galeopterus variegatus
Remove ads

Il-kolugo ta' Sunda (Galeopterus variegatus), magħruf ukoll bħala l-kolugo Malajan, huwa wieħed minn żewġ speċi ta' kolugi li jiffurmaw l-ordni Dermoptera.

Quick Facts Stat ta' konservazzjoni, Klassifikazzjoni xjentifika ...

Dan il-mammiferu plaċentat jgħix fil-foresti tropikali tax-Xlokk tal-Asja u għandu firxa ħafna akbar minn dik tal-kolugo tal-Filippini. Dan jinsab mifrux fl-Indoneżja, it-Tajlandja, il-Malażja, u Singapor.

Għalkemm hemm bosta sottospeċi, fuq bażi ta' studji reċenti ġie propost, li dawn jitnaqqsu għal erbgħa biss u dawn huma G. v. borneanus ta' Borneo, G. v. variegatus ta' Ġava, G. v. temminckii ta' Sumatra u G. v. peninsulae tal-peninżula Malażjana.

Remove ads

Deskrizzjoni

Dan il-kolugo għalkemm ta' daqs żgħir huwa meqjus kbir għal mammiferu tas-siġar. Il-kolugo ta' Sunda huwa l-akbar miż-żewġ speċi ta' kolugi, għandu l-pil griż fil-kannella u jidher aktar ċar għax huwa ħafna aktar imtebba' mill-Cynocephalus volans.

Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat, kollha tal-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.

Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma' laħqet din il-firxa. Din il-membrana jew pataġjum mifruxa wkoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq.

Remove ads

Klassifikazzjoni

  • Ordni Dermoptera
    • Familja Cynocephalidae
      • Ġeneru Galeopterus
        • Kolugo ta' Sunda jew Kolugo Malajan, Galeopterus variegatus
          • Sottospeċi
            • Galeopterus variegatus abbotti (Lyon, 1909)
            • Galeopterus variegatus aoris (Miller, 1903)
            • Galeopterus variegatus chombolis (Lyon, 1909)
            • Galeopterus variegatus gracilis (Miller, 1903)
            • Galeopterus variegatus lautensis (Lyon, 1909)
            • Galeopterus variegatus natunae (Miller, 1903)
            • Galeopterus variegatus peninsulae (Thomas, 1909)
            • Galeopterus variegatus perhentianus (Chasen & Kloss, 1929)
            • Galeopterus variegatus pumilus (Miller, 1903)
            • Galeopterus variegatus saturatus (Miller, 1903)
            • Galeopterus variegatus taylori (Thomas, 1909)
            • Galeopterus variegatus tellonis (Lyon, 1908)
            • Galeopterus variegatus temminckii (Waterhouse,1838)
            • Galeopterus variegatus terutaus (Chasen & Kloss, 1929)
            • Galeopterus variegatus tuancus (Miller, 1903)
            • Galeopterus variegatus variegatus (Audebert,1799)

Klassifikazzjoni proposta:

  • Ordni Dermoptera
    • Familja Cynocephalidae
      • Ġeneru Galeopterus
        • Kolugo ta' Sunda jew Kolugo Malajan, Galeopterus variegatus
          • Sottospeċi
            • Kolugo ta' Sunda ta' Borneo, Galeopterus variegatus borneanus
            • Kolugo ta' Sunda tal-Malażja, Galeopterus variegatus peninsulae
            • Kolugo ta' Sunda ta' Ġava, Galeopterus variegatus variegatus
            • Kolugo ta' Sunda ta' Sumatra, Galeopterus variegatus temminckii
Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads