Liebru Korean
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Il-Liebru Korean (Lepus coreanus) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha, nattiv tal-kontinent tal-Asja.
Dan il-liebru huwa speċi komuni b'distribuzzjoni fil-penisula Koreana li tikkonsisti fiż-żewġ pajjiżi Koreani, il-Korea ta' Fuq u l-Korea t'Isfel, u fin-naħa tal-Grigal taċ-Ċina.
Il-liebru Korean adult jista jikber minn 45 sa massimu ta' 54 ċentimetru twil u jiżen bejn 2.1 u 2.6 kilogrammi. Id-denb jista jkun bejn 2 u 5 ċentimetri twil u l-widnejn normalment ikunu minn 7.6 sa 8.3 ċentimetri.
Remove ads
Klassifikazzjoni
Dan il-liebru huwa wieħed minn għaxar speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m'hemm l-ebda sottospeċi rikonoxxuta.
- Ordni Lagomorpha
Referenzi
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Lepus coreanus fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN, 2006.
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Tassonomija tal-Mammiferi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads