Maximucinus

ġeneru ta' mammiferi From Wikipedia, the free encyclopedia

Remove ads

Maximucinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent tal-Awstralja.

Quick facts Klassifikazzjoni xjentifika ...

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent tal-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Maximucinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fih speċi waħda biss estinta.

Dan il-ġeneru fossilu, instab f'depożiti ta' tard fil-Mijoċen ta' Riversleigh, fil-Majjistral, tal-istat ta' Queensland, l-Awstralja.

Remove ads

Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Maximucinus

  • Ġeneru Maximucinus (Wroe, 2001)
    • Maximucinus muirheadae (Wroe, 2001) (estinta)

Referenzi

  • Wroe, S., 2001: Maximucinus muirheadae, gen. et sp. nov. (Thylacinidae : Marsupialia), from the Miocene of Riversleigh, north-western Queensland, with estimates of body weights for fossil thylacinids.–Australian Journal of Zoology: Vol. 49, pp. 603-614
Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads