Misġed il-Ħram

L-aqdes moskea fl-Iżlam li tinsab fil-Mekka, l-Għarbija Sawdija From Wikipedia, the free encyclopedia

Misġed il-Ħram
Remove ads

Il-Misġed il-Ħram (Għarbi: ٱَلْمَسْجِدُ ٱلْحَرَامُ, rum. al-Masġid al-Ħarām, "Il-Moskea Sagra"),[1] magħruf ukoll bħala l-Moskea Sagra jew il-Moskea Kbira ta' Mekka,[2] huwa moskea li jagħlaq il-viċinanza tal-Kagħba f'Mekka, fil-Provinċja ta' Mekka tal-Għarbija Sawdija. Huwa fost is-siti tal-pellegrinaġġ assoċjati bil-Ħaġġ, li kull Mislem għandu jwettaq mill-inqas darba f'ħajtu jekk jista'. Huwa wkoll is-sit ewlieni għall-eżekuzzjoni tal-Għomra, il-pellegrinaġġ iżgħar li tista' ssir f'kull żmien tas-sena. Ir-riti taż-żewġ pellegrinaġġi jinkludu tawaf (ċirkumambulazzjoni tal-Kagħba) ġewwa l-moskea. Il-Misġed il-Ħram jinkludi siti sinifikanti oħra importanti, bħall-Ħaġar l-Iswed, il-Bir Żemżem, il-Maqam ta' Ibrahim, u l-iġbla tas-Safa u l-Marwa.

Thumb
Veduta mill-ajru tal-Misġed il-Ħram fil-Mekka.

Mill-2024, il-Moskea Sagra hija kemm l-akbar moskea fid-dinja, kif ukoll l-aktar bini għali fid-dinja. Matul is-snin għaddiet minn rinnovamenti u espansjonijiet kbar.[3] Għaddiet mill-kontroll ta' diversi kalifi, slaten u rejiet, u issa tinsab taħt l-awtorità tar-Re tal-Għarbija Sawdija li huwa msejjaħ il-Ħaddiem il-Ħramejn (il-Kustodju taż-Żewġ Moskej Sagri).[4]

Remove ads

Storja

Thumb
Il-Misġed il-Quba fil-Medina qabel Għarabja Sawdija.

Il-Moskea Sagra tikkompeti mal-Misġed is-Sħab (il-Moskea tas-Sħab [ta' Muħammad]) fil-belt Eritrea tal-Massawa[5] u l-Misġed il-Quba fil-Medina bħala l-eqdem moskea.[6] Skont it-tradizzjoni Iżlamika, l-Islam bħala reliġjon jippreċedi lil Muħammad,[7][8][9] li jirrappreżentaw profeti preċedenti bħal Abraham.[10] Abraham huwa kkreditat mill-Misilmin li bena l-Kagħba f'Mekka, u konsegwentement is-santwarju tagħha, li skont il-Misilmin hija meqjusa bħala l-ewwel moskea[11] li qatt eżista.[12][13][14] Skont studjużi oħra, l-Islam beda matul il-ħajja ta’ Muħammad fis-7 seklu WK,[15] u l-istess għamlu komponenti arkitettoniċi bħall-moskea. F'dak il-każ, jew il-Misġed is-Sħieb[5] jew il-Misġed il-Quba jkun l-ewwel moskea li nbniet fl-istorja tal-Islam.[11]

Remove ads

Ħaġġ u Għomra

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Ħaġġ u Għomra.

Il-Moskea Sagra hija l-ambjent ewlieni għall-pellegrinaġġi tal-Ħaġġ u l-Għomra[16] li jseħħu fix-xahar id-Du l-Ħeġġa fil-kalendarju Iżlamiku u fi kwalunkwe żmien tas-sena, rispettivament. Il-Ħaġġ huwa wieħed mill-Ħames Pilastri tal-Islam, meħtieġ mill-Misilmin kollhom kapaċi li jifilħu l-vjaġġ. Fi żminijiet riċenti, aktar minn 5 miljun Misilmin jagħmlu l-Ħaġġ kull sena.[17]

Remove ads

Strutturi

  • Il-Kagħba hija binja b'forma ta' kubojde fiċ-ċentru tal-Misġed il-Ħram u l-aktar sit sagru fl-Islam.[18] Hija l-punt fokali għar-ritwali Iżlamiċi bħat-talb u l-pellegrinaġġ.[18][19][20]
  • Il-Ħaġar l-Iswed huwa l-ħaġra fir-rokna fil-lvant tal-Kagħba u għandha rwol fil-pellegrinaġġ.[21][16] Isimha 'ħaġar' billi fl-Għarbi ħaġar ifisser "ħaġra" bil-Malti, iżda l-isem 'il-Ħaġret is-Sewda' huwa aċċettabbli wkoll għax il-ħaġra kienet tkun f'biċċa waħda qabel maqsuma f'ħafna biċċiet.[22]
  • Il-Maqam ta' Ibrahim huwa blata li allegatament għandha impronta ta’ sieq Abraham u tinżamm f’koppla tal-kristall ħdejn il-Kagħba.[23]
  • Is-Safa u l-Marwa huma żewġ iġbla li bejniethom ġriet mart Abraham, Ħagar, tfittex l-ilma għal binha tarbija Ismael, ġrajja mfakkra fis-sagħi (Għarbi: سَعِي, "mixi" jew "isforz") ritwali tal-pellegrinaġġ.
  • Il-Bir Żemżem huwa s-sors tal-ilma li, skont it-tradizzjoni, ħareġ b’mod mirakoluż wara li Ħagar ma setax isib l-ilma bejn is-Safa u l-Marwa.
  • Fil-qrib hemm Librerija tal-Mekka l-Imkarrma. Peress li huwa maħsub li joqgħod fuq l-imkien fejn twieled Muħammad, huwa magħruf ukoll bħala Bejt il-Mewled (Dar l-Imwieled ta' Muħammad).[24][25]

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads