Pika ta' Nubra

From Wikipedia, the free encyclopedia

Pika ta' Nubra
Remove ads

Il-pika ta' Nubra (Ochotona nubrica) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha.

Quick facts ' Nubra, Stat ta' konservazzjoni ...

Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppa li hu magħmul minn disa' speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.

Skont il-ftit informazzjoni li hemm hija, din hija speċi trans-Ħimalajana b'firxa dejqa matul il-pjanura ta' Quinghai-Xizang (it-Tibet) minn Ladak fil-Punent, sal-Lvant ta' Xizang fil-Lvant. Minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni li hemm dwarha, il-pika ta' Nubra bħala speċi qiegħda klassifikata mil-Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN bħala waħda fi stat "indeterminat".

Remove ads

Distribuzzjoni

Din hija speċi preżenti f'ħames pajjiżi fl-Asja: il-Butan, iċ-Ċina, l-Indja, in-Nepal u l-Pakistan.

Klassifikazzjoni

  • Ordni Lagomorpha
    • Familja Ochotonidae
      • Ġeneru Ochotona
        • Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppa
          • Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica
            • Sottospeċi
            • Ochotona nubrica lhasaensis (Feng & Kao, 1974)
            • Ochotona nubrica nubrica (Thomas, 1922)

Referenzi

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Ochotona nubrica fuq il-Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN
Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads