Pika ta' Thomas
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Il-pika ta' Thomas (Ochotona thomasi) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika ta' Thomas hija speċi ta' pika li tħaffer taħt l-art u tħobb ambjent bi ħxejjex bħal "Caragana jubata", "Dasiphora fruticosa" u "Salix spp." f' għoli ta' bejn 3,400 u 3,900 metru. Id-densità tal-popolazjoni ta' din l-ispeċi mhijiex magħrufa u b'hekk skont l-Lista Ħamra l-IUCN qiegħda mniżżla bħala speċi fi stat indeterminat.
Remove ads
Distribuzzjoni
Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa ma' katini ta' muntanji iżolati f'Gansu, Quinghai u Sichuan.
Klassifikazzjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
Referenzi
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
Ħoloq esterni
- Ochotona thomasi fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006.
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads