Pika ta' Forrest

From Wikipedia, the free encyclopedia

Pika ta' Forrest
Remove ads

Il-pika ta' Forrest (Ochotona forresti) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja f'ambjent ta' rdum mal-ġnub tal-muntanji li jħarsu lejn ix-xemx f'għoli ta' mhux inqas minn 2,600 metru u mhux aktar minn 4,400 m.

Quick Facts ' Forrest, Stat ta' konservazzjoni ...

Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.

Il-pika ta' Forrest qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi li m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar il-popolazzjonijiet tagħha u qiegħda mniżżla fi stat ta' "tagħrif insuffiċjenti".

Remove ads

Distribuzzjoni

Din hija speċi mifruxa mal-muntanji ta' erba' pajjiżi tal-Asja li huma l-Indja, iċ-Ċina, il-Butan u Mjanmar.

Klassifikazzjoni

Referenzi

  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
  • Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona forresti. Lista Ħamra tal-IUCN 2006.
Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads