Proboscidea

From Wikipedia, the free encyclopedia

Proboscidea
Remove ads

Proboscidea hija ordni ta' mammiferi planċentati, eżattament l-iljunfanti, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria, u fil-Klad Paenungulata.

Quick facts Klassifikazzjoni xjentifika ...

Din l-ordni tikkonsisti minn 8 familji, Numidotheriidae (estinta), Moeritheriidae (estinta), Barytheriidae (estinta), Deinotheriidae (estinta), Mammutidae (estinta), Gomphotheriidae (estinta), Stegodontidae (estinta), u Elephantidae. Minn bosta ġeneri li għandha l-ordni Proboscidea, illum fadal tnejn biss rappreżentati bi speċi ħajjin u dawn huma il-ġeneru Elephas (bi speċi waħda) u l-ġeneru Loxodonta (b'żewġ speċi).

Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, il-Hyracoidea u s-Sirenia, jiffurmaw il-Klad Paenungulata u dan tal-aħħar flimkien mal-Klad Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria.

Remove ads

Lista tal-ispeċi tal-ordni Proboscidea

  • Ordni Proboscidea
    • Familja Numidotheriidae (estinta)
    • Familja Moeritheriidae (estinta)
    • Familja Barytheriidae (estinta)
    • Familja Deinotheriidae (estinta)
      • Elephantiformes
    • Familja Mammutidae (estinta)
    • Familja Gomphotheriidae (estinta)
    • Familja Stegodontidae (estinta)
    • Familja Elephantidae (mammuti u iljunfanti)
      • Ġeneru Elephas
        • Iljunfant Ażjatiku, Elephas maximus
        • Iljunfant mediterranju nanu, Elephas falconeri (estint)
      • Ġeneru Loxodonta
        • Iljunfant Afrikan tas-savana, Loxodonta africana
        • Iljunfant Afrikan tal-foresta, Loxodonta cyclotis
      • Ġeneru Mammuthus
        • Mammut, Mammuthus primigenius (estint)
        • Mammut Amerikan, Mammuthus columbi (estint)
Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads