R. Charleroi SC

From Wikipedia, the free encyclopedia

R. Charleroi SC
Remove ads

Sporting du Pays de Charleroi (magħruf ukoll bħala sempliċement Charleroi jew Sporting Charleroi, jew mill-laqam tagħhom Les Zèbres (Iż-Żebri) huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Charleroi, fil-provinċja ta' Hainaut. Charleroi jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana dawn bdew jilgħabu l-ewwel darba fl-ogħla livell tal-futbol Belġjan mill-istaġun 1985–86. Charleroi twaqqfu fl-1904 u laħqu l-ewwel diviżjoni fl-istaġun 1947–48. L-ogħla finitura tagħhom kienet it-tieni post fl-istaġun 1968–69. Huma laħqu wkoll darbtejn il-finali tat-Tazza Belġjana, iżda dawn tilfuhom it-tnejn l'huma kontra Beveren u Standard Liège.

Quick facts Isem sħiħ, Ismijiet oħra ...

Sporting Charleroi għandhom rivalità fit-tul ma' klabb ieħor ROC de Charleroi-Marchienne, li attwalment jilgħabu fit-tielet diviżjoni. Charleroi jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Stade du Pays de Charleroi, li kien irranġat għall-Kampjonati Ewropej 2000. L-istadju ospita 3 tlett logħbiet tal-fażi tal-gruppi fosthom ir-rebħa ta' 1-0 tal-Ingilterra kontra l-Ġermanja. Charleroi ġew reklutaġġi bi plejers Franċiżi diversi fis-snin reċenti, inklużi Michaël Ciani, Cyril Théréau u l-gowler Bertrand Laquait.

Remove ads

Storja

Charleroi Sporting Club kien twaqqaf fl-1904u huma rċevew in-numru tal-matricule n°22 . Għoxrin sena wara l-fondazzjoni tagħhom, huma kkwalifikaw biex jilagħbu fil-Promozzjoni (imbagħad fit-tieni livell tal-futbol Belġjan) u fl-1929, il-klabb bidel ismu ghal Royal Charleroi Sporting Club. Rivali minn Olympic Charleroi kienu jilagħbu fl-ewwel diviżjoni fl-aħħar tal-1930ijiet u l-1940ijiet, filwaqt li Sporting Charleroi kien jilgħabu livell wieħed l'isfel, sakemm ġew promossi fl-1947. Fl-1949, Sporting Charleroi spiċċaw ir-4 (2 punti wara Standard Liège) filwaqt li Olympic Charleroi kienu l-14. Iżda Olympic marru fil-vantaġġ għal darb'oħra sal-1955 u relegazzjoni tagħhom għat-tieni diviżjoni. Fl-aħħar tal-istaġun 1956–57, Olympic Charleroi kienu promossi għall-ewwel diviżjoni imma Sporting Charleroi sfaw fl-aħħar fl-ewwel diviżjoni u kienu għalhekk relegati għat-tieni diviżjoni. L-espliċita ta' 9 istaġuni fit-tieni diviżjoni kienet segwita u fl-istaġun 1966–67 Sporting Charleroi telgħu lura fl-ogħla livell. Huma lestew it-tieni post fl-istaġun 1968-69 b'5 punti wara Standard Liège iżda fi żmien sentejn kienu relegati mill-ġdid.

Fl-1974 l-ewwel diviżjoni kienet qed tinbidel għal 16-20 timijiet u Sporting Charleroi kienu magħżula biex jilagħbu fl-ogħla livell. Olympic Charleroi kienu promossi wkoll kif kienu rebħu t-tieni diviżjoni dritt qabel, iżda dawn baqgħu fl-ogħla livell għal staġun wieħed. Sporting għaddew minn relegazzjoni fl-istaġun 1979–80 (17 jew 18) imma kienu lura ħames snin wara. L-aħjar riżultat tagħhom minn dakinhar fl-ewwel diviżjoni kien ir-4 post fl-1993–94. F'Settembru 2005, il-G-14 ħadet il-FIFA l-qorti fuq il-ħsara mġarrba minn Abdelmajid Oulmers filwaqt li kien fuq servizz internazzjonali mal-Marokk.

Remove ads

Unuri

  • L-Ewwel Diviżjoni Belġjana:
    • Runners-up (1): 1968-69
  • It-Tieni Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa(1): 1946-47, 2011–12
    • Runners-up (1): 1965-66
  • Rawnd Finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana:
    • Rebbieħa (1): 1985
  • Tazza Belġjana:
    • Runners-up (2): 1977-78, 1992–93

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

More information Staġun, Kompetizzjoni ...

Kowċis

  • Belġju Aimé Anthuenis (1987–1989)
  • Belġju Robert Waseige (1992–1994)
  • Belġju Georges Leekens (Lul 1994–Lul 1995)
  • Belġju Robert Waseige (1997–2000) & (Ott 2003–April 2004)
  • Belġju Jacky Mathijssen (April 2004–Ġun 2007)
  • Belġju Philippe Vande Walle (Lul 2007–Diċ 2007)
  • Belġju Thierry Siquet (Diċ 2007–Diċ 2008)
  • Skozja John Collins (Diċ 2008–Ġun 9)
  • Belġju Stéphane Demol (2009)
  • Belġju Jacky Mathijssen (2009)
  • Belġju Stéphane Demol (Lul 2009–Nov 2009)
  • Skozja Tommy Craig (Nov 2009–April 2010)
  • Belġju Jacky Mathijssen (Lul 2010–Set 2010)
  • Ungerija Csaba László (Set 2010–Marzu 2011)
  • Ungerija Zoltan Kovacs (provviżorju) (Marzu 2011–April 2011)
  • Belġju Jos Daerden (Lul 2011–Set 2011)
  • Ungerija Tibor Balogh (Set 2011–Frar 2012)
  • Netherlands Dennis van Wijk (Marzu 2012–Mejju 2012)
  • Belġju Yannick Ferrera (Lul 2012–Frar)
  • Kroazja Luka Peruzović (Frar 2013–Mar 13)
  • Belġju Mario Notaro (Mar 2013–Apr 13)
  • Belġju Felice Mazzu (Ġun 2013–...)
Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads