Radja Nainggolan

From Wikipedia, the free encyclopedia

Radja Nainggolan
Remove ads

Radja Nainggolan (twieled fl-4 ta' Mejju 1988) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab professjonalment ma' Royal Antwerp bħala midfilder.

Quick Facts Informazzjoni personali, Twelid ...
Remove ads

Karriera

Imwieled f'Antwerp minn omm Belġjana u missier Indoneżjan,[1] Nainggolan beda l-karriera fil-futbol mal-klabb ta' Germinal Beerschot, sakemm fl-2005 ingħaqad mal-klabb ta' Piacenza. Għal Piacenza lagħab fi 38 logħba fl-istaġun 2008–09 fejn skorja tlett gowls hekk kif il-klabb temm l-impenji tiegħu għall-istaġun fl-10 post. Fis-27 ta' Jannar 2010 ing]aqad ma' Cagliari fuq bażi ta' self, bl-oppzjoni li jixtruh fl-aħħar tal-istaġiun.[2] Iddebutta fis-Serie A fis-7 ta' Frar 2010, meta lagħab seba' minuti fit-telfa ta' 3–0 kontra Inter.[3] Fil-21 ta' Ġunju 2010, Cagliari ħabbru li kienu akkwistaw nofs id-drittijiet ta' Nainggolan,[4] bin-nofs l-ieħor jinxtara fi tmiem is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2011.

Roma

Nainggolan għamel id-debutt tiegħu għall-klabb il-ġdid fid-9 ta' Jannar 2014, billi beda b'rebħa ta' 1–0 kontra Sampdoria fil-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia 2013–14.[5]

Fit-22 ta' Frar 2014 Nainggolan skorja l-ewwel gowl tiegħu għat-tim kapitali, f'rebħa ta' 1–0 kontra Bologna 1909.[6] It-tieni gowl wasal fid-19 ta' April kontra ACF Fiorentina (l-istess riżultat) biex it-tim kiseb kwalifika awtomatika għall-UEFA Champions League.[7]

Fl-2015, Nainggolan iffirma ftehim permanenti ma' Roma, għal €9 miljuni.[8]

Remove ads

Internazzjonali

Nainggolan għamel l-ewwel dehra għall-Belġju fid-29 ta' Mejju 2009, kontra ċ-Ċili fit-Tazza Kirin.[9]

Fil-5 ta' Marzu 2014 Nainggolan skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu fi dro ta' 2-2 kontra l-Kosta tal-Avorju ġewwa Brussell.

Statistika

Internazzjonali

Statistika aġġornata sat-13 ta' Novembru 2015.[10]
More information Belġju, Sena ...

Gowls

Punteġġi u r-riżultati tal-Belġju qedgħin fil-lista xellugija.
More information #, Data ...

Unuri

Individwali

  • Tim tas-Sena tas-Serie A: 2014–15

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads