Sebastian Prödl

From Wikipedia, the free encyclopedia

Sebastian Prödl
Remove ads

Sebastian Prödl (twieled fil-21 ta' Ġunju 1987) huwa eks-plejer tal-futbol Awstrijak li kien jilgħab bħala difensur.

Quick Facts Informazzjoni personali, Twelid ...
Remove ads

Karriera

Ta' dsatax-il sena iddebutta ma' Sturm Graz fil-Bundesliga Awstrijaka fil-konfront tad-9 ta' Diċembru 2006 kontra Mattersburg. Fid-9 ta' Mejju 2007 skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat kontra Altach.

Nhar l-1 ta' Lulju 2008 ġie uffiċjalizzat l-akkwist ta' Prödl min-naħa ta' Werder Bremen għas-somma ta' madwar 2.5 miljun ewro.

Internazzjonali

Wara li wassal lit-tim nazzjonali Awstrijak ta' taħt l-20 sena għar-raba' post fit-Tazza tad-Dinja 2007 tal-istess kategorija, hu ddebutta mat-tim tal-kbar f'Mejju tal-2007 kontra l-Iskozja. L-ewwel gowls tiegħu waslu fil-logħba ta' ħbiberija tas-26 ta' Marzu 2008 kontra l-Olanda, fejn skorja doppjetta. Mal-Awstrija ħa sehem fil-Kampjonati Ewropej 2008.

Gowls internazzjonali

More information #, Data ...
Remove ads

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads