Constant Vanden Stock Stadium
grawnd Belġjan From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Constant Vanden Stock Stadium (bil-Franċiż: Stade Constant Vanden Stock; bl-Olandiż: Constant Vanden Stockstadion) huwa grawnd tal-futbol li jinsab fil-muniċipalità ta' Anderlecht, fi Brussell. Dan il-grawnd huwa propjetà ta' RSC Anderlecht. Huwa wkoll ospita s-semifinali tal-UEFA Euro 1972 li rat lill-Ungerija jaffrontaw lill-Unjoni Sovjetika, kif ukoll diversi logħob tat-tim nazzjonali Belġjan.
Kien fl-1917 meta RSC Anderlecht installaw il-fruntiera tal-Meir Park (aktar tard imsejjaħ Astrid Park), fl-istadju l-ġdid li huma bnew stand wieħed bl-injam biss. Xi kultant l-istadju jissejaħ, Émile Versé Stadium, f'isem tal-patrun ġeneruż. Aktar tard, stands konkreti ġew stabbiliti. Għalkemm fl-1983, l-istadju kien kompletament inbena mill-ġdid u ħa l-isem tal-President tal-klabb Constant Vanden Stock. Il-kapaċità tiegħu kienet naqset għal 28,063, b'6,900 postijiet bilwieqfa wara l-lasti u 21,163 postijiet bilqiegħda (1,583 minnhom huma sedili tan-negozju u 406 huma sedili VIP). Matul il-kompetizzjonijiet Ewropej, l-istadju ikun all-seated, li jnaqas il-kapaċità. Fl-2010, iben Constant Vanden Stock, Roger, ħabbar flimkien mal-kowċ ta' RSC Anderlecht Herman Van Holsbeeck li l-klabb se jkabbar il-grawnd[4] sabiex iżied il-kapaċità tal-istadju li għall-30,000 postijiet. Dawn ix-xogħlijiet għandhom ikunu kompletament lesti fl-2013. L-indirizz tal-istadju huwa Avenue Théo Verbeecklaan 2, B-1070 Anderlecht. Huwa jinsab ħdejn l-istazzjon tal-metro ta' Saint-Guidon/Sint-Guido.
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads